Akkademja Muzikali, Misericordiae Vultus

Wara is-success tas-sena l-ohra fejn il-Brass ensemble tas-socjeta, taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Roderick Bugeja, ezegwiet program Muzikali gewwa is-Santwarju Hniena Divina, din is-sena l-Banda Vittorja ser tezegwi Akkademja Muzikali fl-istess Santwarju bl-isem ta Misericordiae Vultus, li tfisser Wicc il-Hniena.
Propju fis-sena tal- Gublew tal-Misericordia tal-knisja Kattolika, il-banda ser tkun qed  tezegwi siltiet muzikali  tematici taz-zmien ir-randan min kompuzituri bhal Beethoven u  Jenkins u Rossini kif ukoll tal-mibki surmast naxxar, Fenech fost  ohrajn, bis-sehem tat-Tenur Charles Vincenti kif ukoll solisti ohra. Kif inhu xieraq Father Michael Agius, ser ikun qed  jaqsam xi hsibijiet dwar  il-Via Sagra li tant hija milquma f’dan fis-Santwarju.

L-Akkademja Muzikali ser issir, kif ghedna, fis-Santwarju Hniena  Divina gewwa in-Naxxar , nhar l-Erbgha , 23 ta’ Marzu, maghruf ahjar bhala l- Erbgha tat-Tnibri u li jibda fit-8:00pm. Id-Dhul huwa b’xejn.

image

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top