Aktar għal-lejla…

Żgħażagħ u tfal, bħal ta kull sena, bħalissa jinġabru quddiem il-każin biex jintefħu il-bżieżaq biex jintużaw waqt il-marċ tal-lejla. Din l-attivita’ informali ilha tieħu postha sa mill-bidu nett li l-banda tagħna bdiet idoqq fil-festa. Huwa fatt kurjuż li xi ħadd minn dawn it-tfal dejjem jispiċċa jkun f’xi kummissjoni jew saħansitra fil-kumitat ċentrali tas-soċjeta’, aparti ukoll li uħud minnhom ikunu studenti jew bandisti tal-banda tagħna. It-tfal, dejjem ħallejnihom jieħdu pjaċir u kull minn ġie dejjem sibnilhu/sibnilha xi ħaġa li tkun tista’ tieħu pjaċir tgħamel. Appuntament ieħor bħal dan ikun nhar il-Ħamis, bi preparazzjoni għal marċ il-kbir, kif ukoll il-Ġimgħa bi preparazzjoni għal marċ tas-Sibt filgħodu.

 

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top