Arċipriet ġdid għal-Parroċċa Arċipretali Arċimatriċi tan-Naxxar

Fr Gauci, l-eks kappillan ta’ Ħal-Lija ser ikun l’Arċipriet il-ġdid tan-Naxxar. Fr. Gauci serva ukoll bħala viċi kappillan ġewwa l-Mosta u H’Attard.

Dun David Gauci li għandu 49 sena se jkun qed iservi bħala arċipriet għall-parroċċa Marija Bambina, in-Naxxar.

Ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju 1994 u beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kappillan fil-parroċċa tal-Mosta fejn serva għal erba’ snin, u wara fil-parroċċa ta’ Ħ’Attard għal sentejn.

Fis-sena 2000 ġie maħtur kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal Lija. Huwa wkoll kappillan maġistrali tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta.

10603503_710611539016228_7654954896079207705_n

Il-President, kumitat u sotto kumitati tas-soċjeta’ tixtieq tawguralu kull suċċess fostna, biex flimkien naħdmu għan-Naxxar.

 

informazzjoni: newbook.com.mt

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top