Illum sar pass ieħor ‘il quddiem lejn iċ-ċelebrazzjoni tat-twaqqif tal-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina fin-Naxxar li ser issir nhar il-Ħadd 26 t’ April 2020. Illum ġiet imnedieha l-arma uffiċjali li ser tirrapreżenta l-Kolleġġjata tan-Naxxar – arma li ġiet iddisinjata mis-Sur Christian Bianchi, fejn ħa ħsieb id-disinn u l-verżjoni diġitali ta’ din l-arma.

Għalkemm mal-ewwel daqqa t’għajn, tidher tixbah l-arma preċedenti, żdiedu diversi elementi ġodda li qed ikunu mfissra f’dan ir-ritratt:
