Attentat għal-rekord Malti ġdid mil-membri tas-soċjeta!

Ilu snin twal li is- Soċjeta kienet tuża amont sustanzzjali ta’ bżieżaq li kien jkomplu ikabbru il-briju waqt il-marċi tant popolari tagħha speċjalment dak tal-Marċ ta’ filgħodu li huwa ukoll l-unika marċ li jsir filgħodu ġewwa il-Festa tan-Naxxar.

Din is-sena grupp ta partitarji tas-Soċjeta ħarġu bl’idea li jissotemetu applikazzjoni biex jinkiseb ir-rekord Malti għal- Aktar Ammont ta’ Bżieżaq Użati fil-Marċ ta’ Filgħodu.

Grazzi għal-kumpanija Lamb Brand li għenu f’din il-kampanja, bejn il-lejl tas-7 ta’ Settembru propju mill-11:00 ta’ bil-lejl ser jibda ix-xogħol biex jintefħu ammont kbir ta bżieżaq taħt l-osservazzjoni tal-ġudikanti mill-Malta Records.

11947502_10205076303252628_8438547341151186862_n

Dan il-grupp ta’ partitarji jixtiequ jistiedni lill kull min jixtieq ikun parti minn dan l-avveniment għandu jkellem lill Karl Borġ fuq Facebook jew fuq il-grupp tas-soċjeta’.

Il-Kumitat jixtieq jawgura kull suċċess lill dawn il-partitarji ħabbrieka!

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top