Attivitajiet għall-Ġimgħa Mqaddsa, 2017

Bħal kul sena s-soċjeta’ tagħna torganizza għat ta’ Attivitajiet għall waqt dan iż-żmien speċjali. Nistiednu lill- kulħadd biex jattendi.

Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu Skont il-liżar ta’ Turin huwa it-titlu għal-lecture mis-sur Christian Bianchi li ser issir nhar l-Erbgħa 5 ta’ April, fis-7,00pm fis-sala tal-Każin. wara din il-lecture ser tinfetaħ wirja bl’isem ta’ Kollox Mitmum fejn fost l-eżebiti ser ikun hemm xogħol mill-artist żagħżugħ Naxxari, Jennings Falzon, li ser tiġi inawgurata mil-President tas-Soċjeta’ l-Onor. Michael Farrugia u imbierka mill- W.R. Arċipriet, Fr. David Gauci.

Kollox Mitmum  wirja ta’ Arti Sagra fejn fost l-eżebiti ser ikun hemm xogħol mill-artist żagħżugħ Naxxari, Jennings Falzon, ser tkun miftuħa f’dawn il-ħinijiet:

mit-Tnejn sal-Sibt: mill-5.00pm sal-10.00pm
F’Ħadd il-Palm u fl’Għid il-Kbir: mid-9.00am sas-1:00pm u mill-5.00pm sal-10.00pm

Consummatum Est – Kunċert ta’ mużika sagra fejn is-sezzjoni tar-ramm u tal-perkussjoni ser tkun qed teżegwixxi ġewwa is-Santwarju tal-Ħniena Divina nhar l-Erbgħa, 12 ta’ April, 2016 taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Mro. Roderick Buġeja. Waqt din l-Akkademja d-direttur tas-Santwarju, l-Kanonku Michael Agius ser ikun qed iżżewwaq l-atmosfera b’riflessjonijiet spiritwali.

 

17141778_10211986788203565_1073199299_n
parti mil-eżebiti li ser jkun hemm fil-wirja ta Arti Sagra. Xogħol ta Jennings Falzon

 

Ħamis ix-Xirka– Hekk kif tradizzjonalment issir, nhar Ħamis ix-xirka ser ikollna l-private tas-seba’ visti bi tluq minn ħdejn il-Kunsill Lokali fis-7.00pm. Għall- Bookings, avviċinaw xi membru tal-kumitat.

Purċissjoni Solenni tal-Ġimgħa l-Kbira– Hekk kif ilu jsir għal dawn l-aħħar 24sena, il-Banda tagħna tiftaħ il-purċissjoni solenni u takkumpanja tul it-triq b’marċi funebri mill-arkivju vast tagħha.

Easter Monday Concert – L-Għada ta l-Għid, propju it-Tnejn, 17 ta’ April fis-6.30pm fis-sala tal-Każin ikun imiss dan il-kunċert mill-allievi u bandisti żgħażagħ tas-soċjeta hekk kif idoqqu siltiet akkumpanjati mil-pjanista u għalliema fl-iskola tagħna, Ms. Lara Scerri. Wara jingħaqdu f’Junior Ensemble taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Christine Dimech. L-iSkola tal-Mużika, “George Vella”, jixtiequ jistiednu lill-kulħadd speċjalment dawk li għandhom tfal  imħajra għal-mużika biex jattendu għal dan il-kunċert.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top