Attivitajiet tal-Milied 2017

Fiż-żminijiet sbieħ tal-Milied inlaqqgħukom aktar sikwiet biex ingawdu iżjed dawn il-jiem festivi fil- kumpanija ta’ xulxin. B’dan il-għan qegħdin ninfurmawkom bl-attivitajiet kollha li ser ikollna matul dan ix-xahar.Inħeġġukom tattendu fl-attivitajiet organizzati mis-Soċjetà.

Buffet Dinner – is- Sibt 9ta’ Diċembru

Buffet Dinner fis-San Antonio Hotel & Spa Buġibba. Min hu nteressat iċempel lil Silvano (Squalo) fuq 99898119. Prezz għal Kbar: €30 u għat Tfal sa 12-il sena: €15. Prezz jinkludi ikel u xorb (li jinkludi open-bar fuq soft- drinks, birrer, inbid ilma, u juices). Biljetti mill-bar.

Wirja tal-Presepji 

Ser titella’ wirja ta’ presepji fis-swali tal-każin li ser tinfetaħ fis-7:30pm u tibqa’ miftuħa sal- 1 ta’ Jannar. Wara l- ftuħ, l-attività tkompli b’reċiviment għall-membri tas-Soċjeta’.

Għal ħinijiet ta ftuħ itħol hawn

Kunċert tal-Milied – 16 ta’ Diċembru

f’Misraħ ir-Rebħa is-Sibt 16 ta’ Diċembru bejn it – 8.30pm u l-10.30pm bis-sehem ta diversi kantanti stabbiliti waqt l-attivita’ Ir-Raħal fil-Milied, organizzat mil-Kunsill Lokali, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Mro. Roderick Buġeja.

Raħal fil-Milied – 16 u 17 ta’ Diċembru 

Attivitajiet kontinwi ħdejn u fit-triq tas-Soċjetà organnizati mill-Kumissjoni Żgħażagħ fosthom stalls tal-ħelu u ritratti ma’ Father Christmas filwaqt li l-Banda Vittorja ser teżegwixxi programm mużikali f’Misraħ ir-Rebħa is-Sibt 16 ta’ Diċembru bejn it – 8.30pm u l-10.30pm bis-sehem ta diversi kantanti stabbiliti waqt l-attivita’ Ir-Raħal fil-Milied, organizzat mil-Kunsill Lokali.

Tqassim tar-Rigali minn Father Christmas – 21 u 22 ta’ Diċembru

Se jerġa’ jsir it-tqassim tar-rigali minn Father Xmas fid-djar u jittieħed ritratt tal-okkażjoni f’atmosfera tal-Milied. Ir-rigali ser jinġabru l-każin is-Sibt 16 (5pm-7pm) u l-Ħadd 17 (10am-12pm) ta’ Diċembru u jitqassmu fid-djar nhar t-21 u 22 ta’ Diċembru mill-5.30pm ‘l quddiem. Għal aktar informazzjoni tistgħu tkellmu lill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ, jew ibgħatu email fuq zghazagh@bandavittorjanaxxar.net.

Party għat-Tfal – 28 ta’ Diċembru

Party għat-tfal bejn l-4 u l-11-il sena. Ikun hemm divertiment, daqq t’innijiet tal-Milied, ikel, xorb u rigali ferm sbieħ. Ħlas ta’ € 7. Biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal- kumitat u mill-banka tal-lottu fi Vjal il-21 ta’ Settembru, kif ukoll mill-bar.

Lotterija

Bħas-soltu, f’dawn il-jiem tiġi organizzata lotterija b’rizq l-attivitajiet li jsiru mis-Soċjetà. Ħudu sehem u grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.

 

Infakkrukom li f’dan iż-żmien tinġabar il-miżata li qedgħa € 8 ta’ sena jew € 35 ta’ ħames snin. Jekk int m’intiex membru u tixtieq tapplika, tista tghamel dan online billi tidħol hawnhekk, u timla il-formula online.

Nitolbu biex min qiegħed lura jirregolarizza ruħu wkoll. Nirringrazzjawkom għal kull għajnuna u nħeġġukom tkunu ġenerużi fid-donazzjonijiet tagħkom b’risq il-proġetti li jsiru fil-każin.

 

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top