Attivitajiet tal-Milied 2019

               

Il-Milied reġgħa qiegħed magħna u għalhekk ħsibna sabiex naqsmu magħkom l-attivitajiet li s-Soċjetà fasslet għalikom f’dawn iż-żminijiet festivi.

 

Is-Sibt, 8 ta’ Diċembru: Buffet dinner all-Inclusive fis-Seashells Resort tal-Qawra.  Min hu nteressat għandu ġentilment jikkuntattja lis-Sur Daniel Farrugia fuq 99290987 sabiex jirriserva post għal donazzjoni ta’ €25 l-adulti jew €15 t-tfal. Il-biljetti huma disponibbli mill-bar.

 

Il-Ħamis 13 ta’ Diċembru: I-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Wirja ta’ Presepji “Divinity” u r-riċeviment tal-membri.

 

Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru: Il-Banda Vittorja tferraħ lil dawk preżenti bid-daqq ta’ Carols u kunċert fi Triq Santa Luċija fl-okkażjoni tal-attività ir-Raħal fil-Milied mtella’ mill-Kunsill Lokali Naxxar.

 

It-Tnejn, 24 ta’ Diċembru: Il-Banda Vittorja takkumpanja l-purċissjoni tal-Bambina madwar it-toroq Naxxarin.

 

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Diċembru – 5.15 pm: Party għat-tfal b’ħafna divertiment, logħob, mużika, ikel u rigali sbieħ.  Biljetti mill-bar tas-Soċjetà għal donazzjoni ta’ € 8 filwaqt li għall-bookings ikkuntattjaw lil Marica Borġ fuq 99844302 jew Kurt Grech fuq 99026648.

 

Lotterija: F’dawn il-jiem ser issir wkoll lotterija b’riżq is-Soċjetà.

 

 

Filwaqt li nawguralkom bil-quddiem il-Milied it-tajjeb u sena mimlija hena u ferħ, inħeġġukom tattendu u tinagħqdu magħna. Infakkrukom li f’dan iż-żmien tinġabar il-miżata ta’ sħubija ta’ €8 fis-sena jew €35 għal ħames snin. Filwaqt li nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-koperazzjoni nappreaw ferm  li min jinsab lura jirregolarizza ruħu.

 

FB_IMG_1514141982607.jpg

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top