Il-Kumitat Ċentrali jixtieq javża lil membri li s-Seduta Ġenerali ta' din is-sena ser issir nhar il-Ħadd 14 ta' Marzu fl-10.00 a.m. Minħabba l-proġetti u x-xogħlijiet li għaddejin bħalissa fis-sede tas-soċjetà, is-seduta ser issir fl-Oratorju tan-Naxxar. Jekk ma jkunx hemm quorum, is-seduta tibda kwarta wara, bil-membri prezenti. Aġenda Diskors ta’ ftuħ mill-PresidentQari ta’ MinutiRapport AmministrattivRapport FinanzjarjuTgħarif… Continue reading Seduta Ġenerali 2021
Author: Ayrton Azzopardi
Figolli Homemade
Għal darb'oħra, matul dan ir-Randan il-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed tiġbor l-ordnijiet għall-Figolli Homemade. Figolli ser ikun hemm kemm biċ-ċikkulata kif ukoll bl-icing. Iż-żgħażagħ tas-soċjetà ser ikunu qed jieħdu l-ordnijiet sal-Ġimgħa 26 ta' Marzu, għal donazzjoni ta' €8. Għall-ordnijiet tistgħu tkellmu direttament lil Jeremy Bellia fuq 79000389, jew inkella lil xi membru ieħor tal-Kummissjoni Żgħażagħ.… Continue reading Figolli Homemade
Pizza Night by Delivery mid-Dilettanti Tan-Nar
Nhar is-Sibt 27 ta' Frar, id-dilettanti tan-nar tas-soċjetà tagħna ser jorganizzaw Pizza Night by Delivery mill-Każin Vittorja. Minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti, ser inkunu qed noffru l-ikel bid-delivery biss mis-7.00 p.m. ‘il quddiem. Għal donazzjoni ta’ €13 biss, apparti l-pizza ser jingħata wkoll soft drink kif ukoll deżerta. Bħad-darba l-oħra, ser ikollna wkoll offerta li ma’ 3 pizez, tingħata Pizza Margherita b’xejn.… Continue reading Pizza Night by Delivery mid-Dilettanti Tan-Nar
Call for Expression of Interest
Type of Work: Demolition, Excavation, Construction and Finishing Works. Works according to: PA/01783/20 Closing Date: Tuesday 9th February 2021 Description: Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja Naxxar is looking for interested turnkey contractors to construct a basement level at the band club and a multi-purpose hall on the second floor of the same band club.… Continue reading Call for Expression of Interest
Grill Delivery Night mill-Kummissjoni Żgħażagħ
Nhar is-Sibt 30 ta' Jannar, il-Kummissjoni Żgħażagħ ser torganizza l-ewwel attività tagħha għal din is-sena - Grill Delivery Night. F'din l-attività, ser ikun hemm għażla ta' burgers, nuggets jew hotdog minn fejn wieħed jista' jagħżel. Wieħed jista' jsib il-menu iktar 'l isfel. Inwegħdukom li l-miżuri u l-prekawzjonijiet kollha dejjem qed jittieħdu u ser ikomplu jittieħdu,… Continue reading Grill Delivery Night mill-Kummissjoni Żgħażagħ
Inħarsu ‘l quddiem!
Is-sena 2020 kienet sena differenti u straordinarja għal kulħadd. Ma stajniex niltaqgħu għal attivitajiet soċjali, ma stajniex nagħmlu l-festa kif imdorrijin nagħmluha s-soltu. Minkejja kollox, xorta kienet sena impenjattiva fejn rajna kif dawwarna din is-sena f’opportunità. Il-Banda u l-Iskola tal-mużika baqgħu għaddejjin b’mod differenti, il-lezzjonijiet saru onlajn. Baqgħet tasal ġewwa djarna kemm fil-festa ta’ Marija… Continue reading Inħarsu ‘l quddiem!
F’Għeluq it-Tmenin sena mit-twelid tal-Kav. Paul Camilleri Cauchi
Miktub minn Mark Mangani Hekk kif dħalna fix-xahar festiv ta’ Diċembru, kulħadd ftit jew wisq jibda jħejji sabiex jiċċelebra l-ferħ kbir li jġib miegħu dan ix-xahar, b’mod speċjali din is-sena li hija waħda partikolari għall-umanità. Biss il-bidu ta’ dan ix-xahar ifakkarna wkoll f’Milied ieħor li jeħodna lura tmien deċenji, għaliex jaħbat proprju għeluq it-tmenin sena… Continue reading F’Għeluq it-Tmenin sena mit-twelid tal-Kav. Paul Camilleri Cauchi
Pizza Night Delivery mid-Dilettanti tan-Nar
Id-Dilettanti tan-Nar tas-soċjetà tagħna, nhar is-Sibt 19 ta' Diċembru, ser jorganizzaw Pizza Night Delivery mill-Każin Vittorja. Minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti, ser inkunu qed noffru l-ikel bid-delivery biss mis-7.00 p.m. 'il quddiem. Għal donazzjoni ta’ €13 biss, apparti l-pizza ser jingħata wkoll soft drink u deżerta. Bħad-darba l-oħra, ser ikollna wkoll offerta li ma’ 3 pizez, tingħata Pizza Margherita b’xejn. Pizez ser ikollna: BBQ… Continue reading Pizza Night Delivery mid-Dilettanti tan-Nar
Ħelu tal-Milied Homemade
Inizjattiva oħra mill-Kummissjoni Żgħażagħ hekk kif deħlin fix-xahar ta' Diċembru - Ħelu tal-Milied Homemade! Iż-żgħażagħ tas-soċjetà ser ikunu qed jieħdu l-ordnijiet għal diversi ħlewwiet tal-Milied kif hawn imniżżel hawn taħt: Muffin (€1)Cake Pops (€1)Mince Pies (Pakkett ta' 6 - €3)Cookies (Pakkett ta' 8 - €2.50)Christmas Logs (€8)Coconut Balls (Pakkett ta' 10 - €2)Pakkett tal-Milied jinkludi… Continue reading Ħelu tal-Milied Homemade
Djarju 2021
Il-Kummissjoni Żgħażagħ ser toħroġ djarji bl-arma tas-soċjetà għas-sena li ġejja għal donazzjoni ta' €8. Kull min hu interessat, jista' jgħamel l-ordni tiegħu billi jkellem lil Carlos Barbara fuq 79981936 jew lil xi membru ieħor taż-żgħażagħ, sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 27 ta' Novembru. Poster - Jeremy Bellia