Attivitajiet, Aħbarijiet

Dodgeball mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Attività oħra organizzata miż-żgħażagħ tas-soċjetà tagħna - logħba Dodgeball nhar il-Ħadd 29 ta' Marzu fid-9:30 a.m., fid-DB Sports Centre, Mosta. Inħeġġukom tingħaqdu magħna għal sagħtejn ta' logħob flimkien. Min ikun imħajjar, jista' jkellem lil Ayrton Azzopardi fuq 79953696 jew inkella lil xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ.

Attivitajiet

Braġjolata mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qed torganizza t-tieni attività soċjali tagħha għal din is-sena. Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu, mit-8.00pm ‘il quddiem, ser issir Braġjolata b’għażla ta’ laħam jew tiġieġ, ġewwa l-bottegin tal-każin. Apparti l-platt ewlieni, ser ikollna għaġin bħala starter u deżerta fl-aħħar – kollox għal donazzjoni ta’ €15. Wieħed jista’ jirriżerva post kif ukoll l-għażla tal-ikel… Continue reading Braġjolata mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Attivitajiet

7 Visti – Il-Ħamis, 9 t’ April 2020

Għal sena oħra, il-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed terġa' torganizza l-Private għas-Seba' Visti madwar Malta. Din ser taħbat nhar il-Ħamis, 9 t' April. Bħal kull sena, din l-attività teħodna f'diversi postijiet sbieħ u paroċċi rinomati. Din is-sena ser inżuru n-Naxxar, il-Mosta, ir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, Ħal Luqa u ż-Żejtun. Kull min jixtieq jingħaqad magħna jista'… Continue reading 7 Visti – Il-Ħamis, 9 t’ April 2020

Aħbarijiet

Arma ġdida għall-Parroċċa Kolleġġjata tagħna

Illum sar pass ieħor 'il quddiem lejn iċ-ċelebrazzjoni tat-twaqqif tal-Kolleġġjata ta' Marija Bambina fin-Naxxar li ser issir nhar il-Ħadd 26 t' April 2020. Illum ġiet imnedieha l-arma uffiċjali li ser tirrapreżenta l-Kolleġġjata tan-Naxxar - arma li ġiet iddisinjata mis-Sur Christian Bianchi, fejn ħa ħsieb id-disinn u l-verżjoni diġitali ta' din l-arma. Disinn - Christian Bianchi… Continue reading Arma ġdida għall-Parroċċa Kolleġġjata tagħna

Attivitajiet

Grazzi mid-Dilettanti tan-Nar

Id-Dilettanti tan-Nar fi ħdan is-soċjetà tagħna jirringrazzjaw mill-qalb, lil kull min ilbieraħ attenda għal-Pasta Night li saret fil-bottegin tal-każin – attività li għal darb’oħra kienet ta’ suċċess. Nixtiequ nuru l-apprezzament tagħna talli attività wara attività, tkomplu tgħinuna bil-preżenza tagħkom. Sħabna d-dilettanti tan-nar jixtiequ jieħdu din l-opportunità biex juru l-apprezzament tagħhom lejn dawn l-isponsors li mingħajrhom… Continue reading Grazzi mid-Dilettanti tan-Nar

Attivitajiet, Aħbarijiet

Seduta Ġenerali 2020

Is-Seduta Ġenerali ser issir nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu, 2020, fl-10:00 ta’ filgħodu fis-Sala 8 ta' Settembru. Jekk ma jkunx hemm quorum, is-seduta tibda kwarta wara, bil-membri prezenti. Aġenda Diskors ta’ ftuħ mill-PresidentQari ta’ MinutiRapport Amministrattiv u DiskussjoniRapport Finanzjarju u DiskussjoniFtehim tal-Festa, Korrispondenzi u DiskussjoniMozzjonijietGħeluq mill-President Billi fis-seduta jingħataw informazzjonijiet importanti u jittieħdu deċiżjonijiet li jorbtu… Continue reading Seduta Ġenerali 2020

Aħbarijiet

Il-Markiż John Scicluna – 50 sena mill-mewt tiegħu

Il-Markiż John Scicluna twieled in-Naxxar nhar is-16 ta’ Settembru, 1903. Huwa kien il-wild uniku tal-Markiż Giuseppe Scicluna, Bankier u negozzjant u Corinne Abela Pulis mill-Belt Valletta bint l-ispiżjar tan-Naxxar, Gaetano Abela Pulis. Huwa qatta’ tfulitu fir-raħal tan-Naxxar proprju fit-triq li llum il-ġurnata tinsab imsemmija għalih, eżattament fejn fil-preżent tinsab il-“Loyola House”. Huwa prinċipalment studja fil-Kulleġġ… Continue reading Il-Markiż John Scicluna – 50 sena mill-mewt tiegħu

Attivitajiet, Aħbarijiet

Pasta Night b’risq ix-xogħol tad-Dilettanti tan-Nar

Id-Dilettanti tan-Nar tas-soċjetà tagħna ser jorganizzaw Pasta Night fil-Każin Vittorja, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Frar. Għal donazzjoni ta’ €13 biss, ser ikun hemm appetizers, 'buffet' ta' għaġin u deżerta fl-aħħar. Għaġin ser ikollna: BologneseMaltijaZalza Bajda Wieħed jista’ jirriżerva post billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed mid-dilettanti tan-nar. Inħeġġukom tattendu għal din l-attività, ħalli nkomplu ngħinu lill-sħabna tan-nar jkomplu… Continue reading Pasta Night b’risq ix-xogħol tad-Dilettanti tan-Nar

Aħbarijiet

Stqarrija: Festa ta’ Marija Bambina

Fid-dawl tal-aħħar żviluppi dwar il-Festa ta’ Marija Bambina 2020, bħala Kumitat Ċentrali tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja nixtiequ niċċaraw il-pożizzjoni tagħna li dejjem ippruvajna nilħqu kompromess għal dak li pproponew is-Soċjetà Mużikali Peace. Aħna spekulajna li ‘ngħad xi kliem minn wara dahrna billi dak li ġie propost mil-Kumitat tal-Festa huwa simili ħafna għal dak… Continue reading Stqarrija: Festa ta’ Marija Bambina

Aħbarijiet

Keychains u Pins ġodda

Il-Kumitat javża li għandu keychains u pins bl-arma tas-soċjeta' ġodda u li qegħdin available għal donazzjoni. Min hu interessat jista jkellem direttament lil Bruce Cortis fuq 99803897 jew lil xi membru ieħor tal-Kumitat. Nixtiequ minn qalbna nirringrazzjaw lill-President l-Onor. Tabib Michael Farrugia talli sponsorja dawn il-keychains u pins.