Aħbarijiet

Dun David Gauci – Direttur Spiritwali ġdid tas-soċjetà

Bi pjaċir inħabbru li l-W. R. Arċipriet Dun David Gauci nħatar bħala d-Direttur Spiritwali l-ġdid tas-soċjetà tagħna. Flimkien mal-Kumitat, ix-xewqa tad-Direttur Spiritwali hija li nrawwmu l-valuri Kristjani fiż-żgħażagħ u l-membri tas-soċjetà tagħna. Minn qalbna nifirħulu u nwegħduh li ħa ngħinuh fil-missjoni tiegħu.

Attivitajiet, Aħbarijiet

Fifa 20 Playstation Tournament

Jiġi fi tmiemu l-Fifa 20 Playstation Tournament organizzat mill-Kummissjoni Żgħażagħ. Prosit lil Michael Owen Micallef, Ruud Felice u Daniel Vella li ġew fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Minn hawnhekk nirringrazzjaw lill-President it-Tabib Michael Farrugia talli sponsorja t-trofew. Grazzi wkoll lil kull min attenda u ħa sehem f'din l-attivita'.

Attivitajiet, Aħbarijiet

Ikla Żiemel jew Tiġieġ mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qed torganizza l-ewwel attività soċjali tagħha għas-sena 2020. Nhar il-Ġimgħa 31 ta' Jannar, mit-8.00pm ‘il quddiem, ser issir ikla b’għażla ta’ laħam taż-żiemel jew tiġieġ, ġewwa l-bottegin tal-każin. Apparti l-platt ewlieni, jingħataw ukoll appetizers u deżerta – kollox għal donazzjoni ta’ €15. Wieħed jista’ jirriżerva post kif ukoll l-għażla tal-ikel tiegħu, billi jagħmel… Continue reading Ikla Żiemel jew Tiġieġ mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Attivitajiet, Aħbarijiet

Fifa 20 – Playstation Tournament mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Nhar il-Ħadd 26 ta' Jannar, il-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed torganizza Fifa 20 Playstation Tournament mill-10.00 a.m. 'il quddiem fis-sala prinċipali tal-każin. Id-dħul għal dan it-tournament huwa ta' €10 donazzjoni. Ir-rebbieħ jirbaħ €70 u trofew, tat-tieni post jirbaħ €30 u trofew u min jiġi t-tielet jirbaħ trofew. Min ikun imħajjar, jista' jirriserva postu ma' Cayvin… Continue reading Fifa 20 – Playstation Tournament mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Attivitajiet, Aħbarijiet

L-iSkola tal-Mużika ‘George Vella’ tiftaħ s-sena skolastika b’sensiela ta’ kunċerti

Fi tmiem din il-ġimgħa, l-iSkola tal-Mużika 'George Vella' ser tkun qed itella' tlett kunċerti qosra fis-sala ewlenija tal-każin. Dawn il-kunċerti ser ikunu qed iservu bħala pjattaforma fejn l-istudenti tal-mużika tagħna jkunu jistgħu jesponu u juru l-kapaċitajiet u t-talenti mużikali tagħhom quddiem udjenza. Nhar is-Sibt 11 ta' Jannar, ser ikollna żewġ kunċerti. Fl-4.00 p.m. kunċert imtella'… Continue reading L-iSkola tal-Mużika ‘George Vella’ tiftaħ s-sena skolastika b’sensiela ta’ kunċerti

Aħbarijiet

B’Sogħba kbira nħabbru l-mewt ta’ Dun Karm Catania

Is-sena 2019 ser ikollha tispiċċa fuq nota ħażina hekk kif ftit tal-ħin ilu, tħabbret il-mewt tal-Qassis Naxxari u Direttur Spiritwali tas-soċjetà Dun Karm Catania. Il-President l-Onor. Ministru t-Tabib Michael Farrugia, il-membri tal-Kumitat Ċentrali flimkien mal-membri tal-Kummissjonijiet fi ħdan is-soċjetà jgħatu l-kondoljanzi sinċieri lil familja Catania u nwegħduha li qiegħda fit-talb tagħna f’dan il-mument diffiċli. Għatih… Continue reading B’Sogħba kbira nħabbru l-mewt ta’ Dun Karm Catania

Attivitajiet, Aħbarijiet

Milied Malti fin-Naxxar – 2019

Ta' kull sena waqt l-attività organizzata mill-Kunsill Lokali, il-Kummissjoni Żgħażagħ ikunu minn ta' quddiem biex itellgħu stands quddiem is-sede tas-soċjetà, adattati u relatati ma' dawn iż-żminijiet ferrieħa tal-Milied. Filfatt din is-sena, nhar is-Sibt 21 u l-Ħadd 22 ta' Diċembru, waqt l-attività bl-isem ta' Milied Malti fin-Naxxar, iż-żgħażagħ tas-soċjetà ser ikollhom stands b'ħelu 'homemade' tal-Milied u… Continue reading Milied Malti fin-Naxxar – 2019

Attivitajiet, Aħbarijiet

Party tal-Milied għat-Tfal

Għal darb'oħra s-soċjetà tagħna ser tkun qed torganizza il-party għat-tfal f'dawn iż-żminijiet ferrieħa tal-Milied. Dan ser isir nhar il-Ġimgħa 27 ta' Diċembru mill-5.15 'il quddiem, fejn ser ikun hemm diversi logħob, mużika, ikel, 'Magic Show', u diversi rigali sbieħ għat-tfal kollha mingħand Santa Klaws! Għall-donazzjoni ta' €8, il-bookings jistgħu jsiru mingħand Marica Borg fuq 99844302… Continue reading Party tal-Milied għat-Tfal

Attivitajiet, Aħbarijiet

The Nativity – Wirja ta’ Presepji

The Nativity hija wirja ta' presepji, li s-socjetà ser tkun qed ittella' fiż-żminijiet tal-Milied, b'numru ta' presepji ta' kull għamla u xorta esebiti fis-swali tal-każin. Uħud minn dawn il-presepji huma proprju dawk li qed jiġu maħduma fil-kors li għaddej bħalissa, fuq l-'Immudellar ta' Presepju Artistiku', imtella' mill-artist Naxxari Jennings Falzon. Il-ftuħ ta' din l-esebizzjoni ser… Continue reading The Nativity – Wirja ta’ Presepji

Attivitajiet, Aħbarijiet

Tqassim tar-Rigali mal-Kummissjoni Żgħażagħ

Għal darb'oħra fiż-żminijiet tal-Milied, il-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed terġa torganizza t-tqassim tar-rigali minn Father Christmas, fejn dawn jistgħu jkunu mhux biss għat-tfal żgħar iżda anke għaż-żgħażagħ jew għall-maħbub jew maħbuba tiegħek, bl-għan li f'dawn iż-żminijiet ta' ferħ u paċi, inħallu tbissimha u nferrħu lil min hu għal qalbek. Id-dati tal-ġbir tar-rigali mis-sede tas-soċjetà huma:… Continue reading Tqassim tar-Rigali mal-Kummissjoni Żgħażagħ