Attivitajiet

Ibda l-avventura mużikali tiegħek illum!

L-applikazzjoni għal-studenti ġodda għall-iSkola tal-Mużika tagħna George Vella għadhom kemm pew miftuħa illum u jibqgħu miftuħin sal- 31 ta' Ottubru, 2019. B'9 għalliema speċjalizati fuq strumenti tan-nifs u perkussjoni, l-iskola tagħna hija waħda mill-aktar attrezata u dinamika ġewwa Malta, u dan jixhed ir-riżultati miksuba mill-istudenti tagħha mhux biss fl-eżamijiet imma ukoll fl-eżekuzzjoni mużikali tagħhom. Jekk… Continue reading Ibda l-avventura mużikali tiegħek illum!

Attivitajiet, Aħbarijiet

Kors fl-immudellar ta’ presepju artistiku

Wara s-suċċess li nkiseb is-sena l-oħra bil-kors fuq ix-xenografija teatrali, din is-sena ser isir kors fuq għaxar ġimgħat għal addoloxenti bejn 10 u 16-il sena fuq l-immudellar ta' presepju artistiku, mill-artist Naxxari Jennings Falzon. Jennings Falzon huwa rebbieħ ta' diversi premijiet artistiċi fuq livell nazzjonali u dan l-kors ser jgħin biex propju nħeġġu aktar żgħażagħ… Continue reading Kors fl-immudellar ta’ presepju artistiku

Attivitajiet, Aħbarijiet

Purċissjoni tal-Madonna tad-Duluri

Hekk kif sar waqt il-purċissjoni ta' Ġesù Redentur, is-soċjetà tagħna kienet ippreżentata minn numru sabiħ ta' membri mill-kumitati kollha tagħha waqt il-purċissjoni tal-Madonna tad-Duluri.

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Aħbarijiet

Kumitat Eżekuttiv 2019-2021

Fl-ewwel seduta li saret wara l-aħħar seduta ġenerali, is-segretarju il-ġdid is-sur Daniel Farrugia f'isem il-president tas-soċjeta' ġew maqsuma l-irwoli għal kull membru tal-kumitat. Il-kumitat, li huwa wieħed mill-aktar żagħżugħ li qatt kellhu f'dawn l-aħħar għoxrin sena, kif ukoll l-ewwel wieħed li jara 4 bandisti tal-post fih, kif ukoll, sitt membri li kienu jokkupaw kariga fil-kummissjoni… Continue reading Kumitat Eżekuttiv 2019-2021

Attivitajiet, Aħbarijiet

Yeshua – Ftuħ tal-Wirja u Kunċert ta marċi Funebri

Kunċert ta' marċi funebri nhar il-Ħamis 11 ta' April, ġewwa s-sala tas-Socjeta' li jibda fis-7.30pm taħt id-direzzjoni tas-surmast Mro. Roderick Bugeja, bi preżentazjoni ta' Tonio Vella. Riflessjonijiet marbuta ma' dan iż-żmien mill- Wisq Rev. Arċ. Dun David Gauci. Dan il-kunċert ikun segwit min ftuħ ta' wirja artistika mill-artist Naxxari Jennings Falzon.

Attivitajiet

Ikla Fniek jew Tiġieġ b’risq ix-xogħol tad-dilettanti tan-nar

Nhar il-Ġimgħa, 26 ta' April, ser issir attività b'risq il-ħidma tad-dilettanti tan-nar tal-għaqda tagħna għal festa 2019. Ikla fniek jew tiġieġ kif ukoll appetizers qabel u deżżerta wara l-ikla għal donazzjoni ta' €15. Wieħed jista' jirriżerva il-post u l-għażla tal-ikel tiegħi billi jgħamel kuntatt mad-dilettanti stess

Attivitajiet, Aħbarijiet

Figoli għal-missjoni

Il-kummissjoni żgħażagħ ser ikunu qegħdin jieħdu ordnijiet ta figolli kbar (€7) u żgħar (€4) b'risq l-Għaqda Missjunarja Karibu! Malta. Il-figolla tista' tkun miksija jew biċ-ċikkulata jew bl- icing sugar. Huwa żmien ferm sabiħ biex ngħinu Lill din l-kummissjoni tgħejn lil minn huwa aktar fil-bżonn! Għal ordnijiet ċemplu lill- Stephanie fuq 77020993.