X’ħin il-kumitat ra kemm l-attendenza f’dawn il-marċijiet kienet kbira u intweriet xewqa kbira ta’ tagħlim tal-mużika fi ħdan is-soċjeta, ħatar lis- Sur Edwin Pace bħala l-ewwel għalliem u Assistent Surmast f’Ottubru ta’ l-1989.
Il-lezzjonijiet bdew fejn l-ewwel alliev ta-soċjeta’ kien iż-żagħżugħ Stefan Aġius, fejn imbad flimkien ma’ 11-il tifel u tifla ħarġu idoqqu mal-banda fil-festa ta’ l-1991, bl-istrumenti li daqqu kienu 7 klarinetti, kwartin, sax Alto u Sax Tenur. Fl-1994 kienet is-sena li fiha ħarġu għal-ewwel darba bandisti li jdoqqu ir-ramm eżattament 4 kurunetti.
Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kienet l-unika eveniment li l-banda tagħna għada ma daqqietx fih. Wara insistenza mas-surmast il-banda tagħna daqet għal-ewwel darba fil-purċissjoni ta’ l-1994 flok il-banda Imperial tal- Mellieħa prpju quddiem l-istatwa sabiħa ta’ Ġuda.
Ix-xewqa li l-banda tagħmel programm strumentali kienet ilha tberen fil-moħħ tal-kumitat u kien propju fid- 19ta’ Mejju 1995, li l-banda esegwiet program mil-aqwa ġewwa l-orotorju tan-Naxxar f’jum in-Naxxar orgonizat mil-Kunsill Lokali. Kien wieħed mil-aqwa programmi li qatt ġie esegwit mil-baned f’dak iż-żmien mil-baned maltin. Sfortuntament dan il-program li kien issir darba fis-sena mgħadux jiġi organizat mill-kunsill lokali.
28ta’ Lulju 1996 kienet ġurnata oħra storika għal-banda, dan għaliex f’din id-data il-banda daqet għal-ewwel darba barra min-Naxxar, propju ġewwa is-Sannat Għawdex fil-marċ ta’ filgħodu tal-festa ta’ Santa Margeita.
Fl-1998 il-kumitat ħatar sumast ġdied biex imexxi il-banda, is-Surmast Alfred Farruġia, u flimkien miegħu ħatru lis-Sur Dione Bonniċi bħala għalliem tar-ramm, b’hekk issa is-soċjeta kellha żewġ għalliema u surmast. dan sar peress li l-amont ta’ allievi kien kiber wisq biex għalliem wieħed ilaħħaq magħhom u jagħti dak kollhu li vera ikun imissu kull alliev.
Matul dan iż-żmien kollhu il-kumitat ra kif għamel biex dejjem sebbaħ il-lokal kif ukoll ra li l-armar fil-festa dejjem ikun mill-isbaħ, għaldaqstant fid-19 ta Settembru 1998 wara programm vokali u strumentali imexxi mis-Surmast Farruġia, l-ewwel wieħed li sar quddiem il-każin. Ġie inawgurat l-arkivju mill-isbaħ li is-soċjeta tant tgħożż. Dan barra il-majestożita tiegħu, kien ta’ għajnuna kbira biex il-mużika li għanda is-soċjeta tiġi merfgħuha fih u tagħmila iktar aċċessibli għas-Surmast biex jagħżel xi mużika.
Dan il-program tant mar tajjeb man-nies kif ukoll tant kemm kien ta’ livell għoli l-kumitat dejjem żamm id-data tat-2 ta’ Settembru bħala il-ġurnata tal-program tal-festa, data li għada tinżamm sal llum. Is-Surmast Farugia, ta’ surmast li dejjem xtaq it-tkabir tal-banda wera ix-xewqa li jibda issir programm ieħor fis-sena, dak ta’ żmien il-Milied. Mill-ewwel, il-kumitat aċċetta din il-proposta u propju fil Milied ta’ l 999 sar l-ewwel programm fil-Milied.
Is-sena 2000 kienet sena ta’ muvument qawwi fil-banda, dan għaliex sar tibdiel sħieħ fid-direzzjoni tal-banda, fejn il-kumitat wera ix-xewqa li jkun hemm team żagħżugħ li jmexxi l-banda għal-futur, fil-fatt din il-bidla saret u inħatar Surast, Assistent Surmast u għalliem ġdied. Dawn kienu Mro roderick Buġeja bħala surmast direttur u għalliem tar-ramm, perkussjoni u flawt, Marco Mifsud bħala għalliem tal-klarinetti u Assisetnet Surmast, u l-mużiċista tal-post Christine Vella bħala għaliema tas-Saxaphones. F’din is-sena wkoll ġiet iffurmata il-kummissjoni banda, fejn erbgħa bandisti u ġenitur iffurmaw kummisjoni li tgħen lis-surmast kif ukoll toħloq attivitajiet għal bandisti u allievi.
Is-sena 2002 ija sena mill-isbaħ li fiha l-banda għamlet pass ieħor ta’ ġgant. Nhar l-4ta’ April il-banda tagħna maret ġewwa ir-Repubblika Ċeka eżattament ġewwa Praga, fejn hemmhekk daqet marċ fuq il-magħruf ‘Charles Bridge’ biex tipromwovi il-festa maltija ġewwa r- Repubblika Ċeka. Kien avveniment indimetakabli u żgur li jinkibet fl-istorja ta’ l-Għaqda b’ittri tad-deheb.
F’din is-sena reġa kien hemm tibdiel fis-sistema tat-tgħalliem, fejn wara ir-riżenja min għalliem u assistent surmast ta’ Marco Mifsud, Christine Vella ġiet maħtura l-ewwel Assistent Surmast mara ġewwa in-Naxxar kif ukoll l-ewwel bandista tal-post li laħqet dak il-grad.
Min dak iż-żmien Mro. Buġeja u Mro. Vella flimkien mal- kummissjoni banda, dejjem raw x’jistgħu jagħmlu biex dejjem iħeġġu iktar tfal jitgħlmu il-banda u fli-istess ħin iżommu l-allievi li kien hemm diġa. Mro. Vella ħarġet bl’inizjativa ġdieda, program ġdied, It-Talent Żagħżugħ, kunċert magħmul kollhu mil-allievi u bandisti tal-post biss. Fid-29ta’ Marzu 2003, sar l–ewwel Talent Żagħżugħ li kien suċċess, Tant kemm sar maħbub mil-bandisti u l-allievi li sar bħala inizjativa biex ikomplu jistudjaw.
Il-Banda tagħlaq 15-il sena. 2004, sena indimentikabbli. Il-president, is-sur Anthony Catania min dejjem rit iħalli rigal kbir u sabiħ u li jibqa aprezat min kullħadd għal dejjem. Kien għalek li s-sur Catania ikomisjona lil bravu kompozitur malti Mro. Ray Sciberras biex jikomponi Canata fuq poeżija li kien kiteb il-qassis Naxxari Dun Anton Sciberras. Kien proġett abbizjuż għal-banda żgħira bħal m’hi l-Għaqda Mużikali Vittorja Naxxar.
Malli din il-komposizzjoni kienet lesta, din ġiet irekordjata u mil-ewwel noti tagħha, din ġiet desgrita bħala l-aqwa cantata li qatt kien kiteb Mro. Sciberras. Fis-17 ta’ April 2004 is-Surmast żagħżugħ tagħna Mro. Roderick Buġeja ħejja program mill-isbaħ biex din il-cantata bl’isem ‘Bi Twelidek rebaħħtna’, tiġi eżegwita għal-ewwel darba fil-pubblika. Is-Sala Sir Temi Żammit ġewwa l-Universita
kienet mimlija daqs bajda. Hekk kif spiċċat il- cantata in-nies qamu bil-wieqfa iċċapċu għal dak il-kapulavur li bih il-banda ġiet magħrufa ma’ Malta kollha. Ta’ minn jinnota ukoll li propju fdan il-program ġew iregalati set Timpani.
Suċċess ieħor li kisbet il-banda tagħna kien propju fis-7 ta’ Ġunju 2008, fejn il-banda għal-ewwel darba eżegwiet program sturmetali fuq il-pjanċier tal-banda 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ lejliet il-festa ta’ San Filep t’Aġira. Fl’ 2009 il-kumitat ra li l-bandisti u l-allievi qedin jiżdiedu għal-numru sabiħ. Għal dan il-għan il-kumitat tkellem mas-Surmast li flimkien mal- Assistenta tiegħu ġie deċiż li t-tgħalliem tas-sezzjoni tar-ramm tgħaddi f’idejn il-bandist tal-post Daniel Vella biex b’hekk is-surmast ikun jista jiddedika aktar ħin għal-kunċerti mal-bandisti u b’hekk ikun hemm aktar żmien u tħejjiha għal-programi li għandha il-banda.
Fil-programm tal-festa fl’ 2005 il-kummissjoni Żagħżagħ għmlet donazzjoni ta’ Drum Kit lil-banda, strument li kien ilu biex jiġi mixtri. L-istess ġara fl-2007 fejn is-Sinjura Grace Gatt ireggalat pjanu kif ukoll fl-2008 iregalat Gong. Dawn huma ftit mid-donazzjonijiet mużikali li irċevejna. Listrumenti li tiposejedi is-soċjeta ħafna minnhom ġew mogħtija matul iż-żmien kif ukoll il-kumitat xtara strumenti li kien hemm bżonn fil-mument.
Program ieħor ta unur kbir, sar propju fis-sena 2010, fejn il-banda daqqet program mużikali impenjattiv ġewwa it-teatru prestiġjuż it- Teatru Manoel bl’isem ta “Anniversary Concert” biex jiġi imfakkar l’10 sena min mindu is-surmast Roderick Buġeja taħt idejh id-direzzjoni tal- banda tagħna. Ta minn issemmi li f’dan il-program indoqqu siltiet ta livell għoli ħafna, kif ukoll li waqt dan il program l’Assistent Surmast Christine Vella fuq is-Saxaphone Alto kif ukoll Charlene Farrugia (*1) daqqew siltiet flimkien mal-banda. F’ Teatru ippakjat bin-nies, għal dan il-program kien hemm biss kliem ta tifħir għal organizazzjoni u għal esekjuzjoni tiegħu fejn anke ġiet miktuba kritika pożitiva fuq ġurnali stabiliti maltin.
Fl-2012 il-Banda Zaghzagh u l-program Talent Zaghzugh għalqu għaxar snin mit-twaqqif taghhom, ghal dan, il-kummissjoni banda ħasbet biex tgħamel edizzjoni speċjali fuq skala akbar. Bl’għajnuna tal-fondi mil-Agenzija Zghazagh, l-10 edizzjoni tat-Talent zaghzugh sar ġewwa it-teatru tal-Oratorju ġewwa in-Naxxar . F’dan il-program ġew mizjuda effetti tad-dawl, vizwal u anke ta’ sound biex bhekk seta johrog prodott finali professjonali. F’din l-edizzjoni mal-banda ingħaqdu il-pjanista Yvette Marie Galea kif ukoll l-Spettur Vella fuq ic-cirimelli. Bħal dejjem il-program kien taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Christine Dimech.
Fl’2013 ġiet introdotta għal-ewwel darba il-Brass Ensemble tas-soċjeta fejn daqqew għal-ewwel darba fil-11-il-edizzjoni tat-Talent Zaghzugh li issa baqa jsir u jikber bhala produzzjoni. Din l-ensemble kienet imexxiha mil-ghalliem Daniel Vella, waqt li għal-darbohra il-klarinettista Graziella Vella mexghiet il-Clarinet Choir tal-istess socjeta.
2014- Il- 25 sena mit-twaqqif tal-banda għaziza taħna. Għal din is-sena speċjali, saru ħafna attivitajiet muzikali. Sar recording ta Innijiet Marjani flimkien mal-kor. F’Mejju il-banda, bl’għajnuna min fondi tal- MAF, LCIF u Agenzija Zaghzagh, bil-kollaborazzjoni tal-Valletta Waterfront,flimkien ma sponsors oħra, inġieb min Franza, il-Professur Antonino Mollica, sassafonista Sqalli, li kien mistieden jgħamel Masterclasses ġewwa is-soċjeta. Propju f’jum l-Omm, ġewwa il-Pinto Wharf ġewwa il-Valletta Waterfront, ġie ezekwit il-Kunċert Sinfoniku – Grand Anniversary Concert, fejn indaqet il-famuza u impenjativi ‘Pictures at an Exhibition’ li kienet ukoll akkumpanjata min video dwar propju din is-silta. Highlight iehor f;dan il-program taht id-direzzjoni tas-Surmast Roderick Bugeja, Antonino Mollica daq silta impenjativa filwaqt li wara daq duet mal-Assistent Surmast Christine Dimech. Wara dan il-program, kien imiss program ieħor speċjali. Il-banda idoqq għal-ewwel darba ġewwa il-Knisja Arċipretali tan-Naxxar, u flimkien mal-Korista mil -Coro Bel Canto u is-solisti giet ezekwita, fost oħrajn, il-Kantata, ‘Bi Twelidek Rebbaħtna’ kif ukoll l-Antifona popolari Vergine Mariea ta Dr. Paolo Nani. Kienet serata mimlija emozzjonijiet u ferħ. Wara dan il-program kien imiss il-program Talent Zaghzagh li ghal din is-sena saret edizzjoni speċjali tal-Milied. Kien propju dan il-program li għalaq sena momerrabli għal banda tagħna.
2015: Dik li kellha tkun sena normali għal banda tagħna, kienet verament intenssiva fejn, aparti is-servizzi u il-programmi annwali kien hemm sensiela ta attivitajiet oħra.Il-Brass Ensemble flimkien ma Solisti mil-Banda taghna ezegwew l-ewwel program taghhom fis-Santwarju Hniena Divina waqt program bl’isem Mediitation. Kien esperiment li irnexxa u li zgur li ser jitkompla. Għal-ewwel darba il-banda daqqet ġeww l-iskola primarja tan-Naxxar kif ukoll tghat presentation helwa lil dawk kollha li attendew open day gewwa l-istess skola. Hekk kif kien tħabbar mis-segretarju Clifford Galea waqt il-program li sar is -sena ta qabel ġewwa il-Knisja Arċipretali, il-Banda f’Settembru maret idoqq ġewwa il-Vatikan u Veroli. B’fondi min Creative Communities Funds, il-banda ezegwit 3 programmi. Gewwa il-Katidral ta St. Maria Salome gewa Veroli u fil-Knisja ta;’ San Mikiel taħt id-direzzjoni ta Daniel Vella, filwaqt li Christine Dimech kellha id-direzzjoni tal-banda waqt udjenza mal-papa. Għal-ewwel darba fl’istorja tal-kazini ta’ Malta, il-banda taghna flimkien ma dik tas-Soċjeta’ Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan, ingħaqdu biex flimkien ħolqu sensiela ta’ Masterclasses kif ukoll ġemelaġġ muzikali bejn iz-zewg għaqdiet. Saru 6 workshops ghal strumenti differenti u li kienu miftuhin ghal kulhadd u li gha;lihom kien hemm il fuq minn 100 bandist u alliev min madwar Malta u Ghawdex. Sar ukoll workshop u team building bejn iz-zewg ghaqdiet biex imbad sar program repetut, wiehed gewwa il-Kripta tal-Knisja Parrokjali tas- San Sebastjan f’ Hal Qormi u l-ieħor ġewwa it-Teatru tal-Oratorju. Dan il-program kienu taht id-direzzjoni taz-zewg assistenti taz-zewg socjetajiet Christine Dimech u Roderick Bugeja.
Illum, l-Għaqda Mużikali Vittorja Naxxar tgawdi repetuzzjoni qawwija. Il-program annwali tat- 2ta Settembru huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa programm li jiġu imtella fiż-żmien il-festi, it-Talent Żagħżugħ huwa meqjus bħala l-aqwa kunċert organizzat għal-bandisti tal-post kif ukoll il-marċijiet li l-banda idoqq kemm funebri kif ukoll festivi huma ta’ l-aqwa kompġożituri maltin. Xhieda ta’ dawn huma is-servizzi li għamlet u għada tagħmel fil-lokalitajiet madwar Malta fosthom, Marsa (Trinita Imqaddsa), Belt Valletta ( Madonna Tal- Karmnu u ta’ L’Iesse), San pawl il-Baħar (Duluri), Rabat (San Pawl), Ħamrun (San Ġejtanu), Imsida ( San Ġużepp), Ħaż-Żebbuġ (San Filep), Kalkara ( San Ġużepp), Ħal-Qormi (San Sebastjan), Gżira ( Madonna tal-Karmnu), Raħal Ġdid (Kristu Re) ,Birżebbuġa (San Pietru), Ħal Safi (San Pawl) u Sannat (St. Margherita).
Preżentament, il-banda tgawdi min 35 bandisti tal-post u l-fuq min 10 allievi. Dan kollhu juri futur sabiħ għal-banda tant maħbuba min-Naxxarin.