
Bi pjaċir inħabbru ħames bandisti ġodda li ser jieħdu sehem mal-banda għal-ewwel darba fil-Festa 2013. Wara żmien ta’ studju fl’iskola tal-mużika “George Vella” taħt id-direzzjoni ta’ Christine Dimech (Ass. Surmast u għalliem tal-istrumenti tal-qasba), u Daniel Vella (Għalliem tal-istrumenti tar-ramm), is-surmast Roderick Bugeja ra li dawn il-ħames studenti kienu ta’ livell biżejjed biex jibdew jagħmlu parti mil-banda.
B’dawn il-ħames bandisti, issa il-banda tagħna hija mogħnija b’ 32 bandist tal-post; numru sabiħ u li jtik il-kuraġġ tkompli tinveżti f’dawn iż-żagħżagħ tagħna.
Nawgurawlhom għal-aktar snin mal-banda tagħna, Prosit!