Bħal ta’ kull sena l- kumitat ċentrali jorganizza dak li huwa l’akbar bar-be-que li jsir fiż-żmien il- festa ġewwa n- Naxxar, kif ukoll l-kummissjoni banda tkun qed torganizza l’unika party għat-tfal fil-festa.
Din is-sena mhux b’eċċezzjoni fejn il-BBQ ser jerġa jsir fl-Oratorju b’ħafna ikel bnin, divertiment kontinmu u xi rigali. Għal darboħra il-komiku maħbub Naxxari, Tonio Vella il- Majsi, flimkien ma wieħed mil-aqwa kantanti fi gżiritna Ludwig Galea ser ikun qed ikomplu jgħamlu spettaklu waqt dan il-BBQ. Il-prezz huwa ta 15-il Ewro għal- kbar u 7Ewro għat-tfal. Biljetti jinkisbu mil-bottegin tas-soċjeta’ jew membri tal- Kumitat.
Il-Party tat-tfal, li issa ilu jsir għal dawn l-aħħar 5 snien, ikun orgainnzzat mil-kummissjoni banda. Dan il-party li issa indarha sew mil-membri tas-soċjeta, illum jitqies bħala wieħed mill0isbaħ avenimenti għat-tfal fil-festa hekk kif it-tfal jitpaxxaw jilgħabu u ħafna divertiment ieħor fejn ma jonqosx li wara kull tifel u tifla jingħata rigal tal-Festa. Prezz għal dan il-party huwa ta 7 Ewro u il-biljetti jinkisbu mil- bottegin tas-socjeta jew mingħand il-membri tal-kummissjoni Banda.