Il-bieraħ sar BBQ quddiem is-soċjetà organizzat mill-kummissjoni Żgħażagħ.
Aparti l-ikel ġenwin u atmosfera mill-isbaħ, il-bieraħ iż-żgħażagħ pruvaw innaqsu ftit mill-iskart hekk kif użaw utensili mhux li jintremew, kif ukoll għal darb’oħra intużaw BBQ tal-gass li kienu saru apposta għal dawn it-tip ta’ avvenimenti ftit tas-snin ilu. Bil-fuq minn 160 persuna għall-ikel, is-soċjetà tagħna iffrankat, 1.6kg ta scart u 5.6kg ta CO2 mill-utensili biss, aparti it-tnaqqis tat tniġġis tal-arja meta intuża il-gass flok ic-charcoal jew injam biex issir l-ikel.
Inizjattiva ferm tajba miż-żgħażagħ tagħna u nawgurawlhom kull suċċess fl-attivitajiet li jmiss. L-ewwel waħda tkun il-ġimgħa 6 ta Lulju bil-Pre-Feast Gathering, attività għaż-żgħażagħ kollha.