Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed torganiżża attività oħra b’risq il-festa. Din id-darba BBQ ġewwa t-Triq ta’ Santa Luċija, quddiem is-sede tal-każin.
Dan il-BBQ jinkludi fih Appetizers, għażla ta’ Beef, Chicken jew Pork u deżerta fl-aħħar – kollox għal donazzjoni ta’ €18. Għat-tfal ser ikollna l-Burgers u Chicken Nuggets – dan għal donazzjoni ta’ €10.
Wieħed jista’ jirriżerva post kif ukoll l-għażla tal-ikel tiegħu, billi jagħmel kuntatt mal-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ jew inkella direttament ma’ Jeremy Bellia fuq 79000389.
Inħeġġukom tattendu għal din l-attività, ħalli nkomplu ngħinu liż-Żgħażagħ Vittorjani jkompli jkabbru l-festa ad unur Marija Bambina, fejn din is-sena ser ikunu qed jiċċelebraw il-25 anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni tagħhom!
