Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Marzu mis-7:30 p.m. ‘il quddiem, il-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed torganizza Braġjolata ġewwa l-bottegin tal-każin.
Ser ikun hemm għażla ta’ braġjoli taċ-ċanga (beef), tiġieġ (chicken) jew majjal (pork). Għal donazzjoni ta’ €18, ser jitqassmu wkoll appetizers u deżerta. Għat-tfal, ser ikun hemm ukoll l-għażla ta’ Burgers jew Chicken Nuggets għal donazzjoni ta’ €8.
Wieħed jista’ jirriserva post u jagħmel l-ordni tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ jew inkella direttament ma’ Jeremy Bellia fuq 79000389.
