Branding ġdid għall-iSkola tal-Mużika

Nhar is-Sibt 29 t’Ottubru, ġew inawgurati l-logo il-ġdid tal-iSkola tal-Mużika ‘George Vella’ kif ukoll website ġdida bħala parti mill-proġett ta’ rebranding, grazzi għal fond “Ngħinu Finanzjarjament lill-Każini tal-Banda” maħruġ mill-Arts Council Malta u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

B’din il-bidla, l-iSkola tal-Mużika tas-soċjetà tagħna għandha dehra iktar moderna u kurrenti. Tistgħu taċċessaw il-website l-ġdida minn hawn.

Nirringrazzjaw lil Bullshark li ħadmu magħna u implimentaw dan il-proġett, kif ukoll lil Emily u Lara Sciberras, membri tal-Kummissjoni Banda u membri tal-Kumitat Ċentrali li ħadmu u taw l-għajnuna tagħhom fuq dan il-proġett.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top