B’Sobgħa Kbira

Sbieħ dalgħodu, tħabbret il-mewt ta’ Patri Dun Victor Xuereb S.J. fl-għomor ta’ 87 sena.

Dun Victor, rebbieħ tal- għola unur Naxxari, “Ġieħ In-Naxxar” fl-2009, daħal kien ġie ordnat saċerdot f’Boston, fl-Amerika, fl-1964 wara li kien daħal bħala Ġiżwita fl-1949. Għamel il-Professjoni Solenni fl-Ordni tal-Ġiżwiti fl-1967 fejn kien speċjalizzat u għalliem fil-lingwi klassiċi, filosofija, teoloġija u l-Iskrittura. Fost affarijiet oħra, Dun Victor kien Assistent Direttur Spiritwali fis-Seminarju Maġġuri, tal-Virtù u membru tal-Akkademja tal-Malti. Tul ħajtu kitteb għadd sabiħ ta’ kotba u artikli, u ttraduċa ħafna oħrajn mill-Grieg u l-Latin għall-Malti.

Dun Victor Xuereb huwa il-poeta li tal-Innu Popolari lill-Bambina, li huwa ukoll l-Innu uffiċjali tal-Festa b’mużika tal-Maestro Di Capella tan-Naxxar, Christopher Muscat.

Il-President flimkien mal-Kumitat u sotto kumitati tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja tan-Naxxar jagħtu l-kondoljanzi lill-familja Xuereb.

Agħtih O Mulej

Il-Mistrieħ ta’ Dejjem

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top