30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Quddiesa Solenni – 27 t’ Awwissu

Il-Banda Vittorja ser tkun qed tiftaħ l-impenji tagħha għal festa ta' din is-sena, nhar is-27 t' Awwissu. Il-Banda Vittorja taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Roderick Bugeja, ser tkun qed takkumpanja quddiesa solenni f'għeluq it-30 sena mit-twaqqif tal-Banda, immexxija mill-E.T. Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi tan-Naxxar, taħt il-patronċinju tal-President Emeritus Dr. Ugo Mifsud Bonnici.… Continue reading Quddiesa Solenni – 27 t’ Awwissu

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet

Iż-Żunżana tiċċelebra Jum l-Omm ġewwa l-każin tagħna

Nhar is-Sibt 11 ta’ Mejju fl-4.00 p.m., proprju f’lejliet Jum l-Omm, ġie mtella' kunċert ġewwa s-sede tas-soċjetà tagħna - it-tielet wieħed mis-sensiela ta' ħames kunċerti mill-proġett "Iż-Żunżana". Dan il-kunċert bl-isema ta' "Iż-Żunżana tiċċelebra Jum l-Omm", kien taħt id-direzzjoni tal-Viċi President u l-Għalliem tal-istrumenti tar-Ram tas-soċjetà, is-Sur Daniel Vella. F'dan il-kunċert, numru sabiħ ta' allievi u… Continue reading Iż-Żunżana tiċċelebra Jum l-Omm ġewwa l-każin tagħna

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet

Iż-Żunżana tiċċelebra Jum l-Omm

Bħalissa jinsab għaddej il-proġett bl-isem ta' "Iż-Żunżana" - proġett li jikkonsisti minn sensiela ta' kunċerti mtella' minn ħames għaqdiet mużikali, flimkien mal-bandisti żgħażagħ tagħhom, b'mod konġunt. Ta' min isemmi li dan il-proġett huwa organizzat mill-għaqda żagħżugħa Band Clubs 4 Youths b'kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda u ffinanzjat mill-Aġenzija Żgħażagħ taħt l-iskema ‘It-taħriġ mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’.… Continue reading Iż-Żunżana tiċċelebra Jum l-Omm

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Aħbarijiet

Kumitat Eżekuttiv 2019-2021

Fl-ewwel seduta li saret wara l-aħħar seduta ġenerali, is-segretarju il-ġdid is-sur Daniel Farrugia f'isem il-president tas-soċjeta' ġew maqsuma l-irwoli għal kull membru tal-kumitat. Il-kumitat, li huwa wieħed mill-aktar żagħżugħ li qatt kellhu f'dawn l-aħħar għoxrin sena, kif ukoll l-ewwel wieħed li jara 4 bandisti tal-post fih, kif ukoll, sitt membri li kienu jokkupaw kariga fil-kummissjoni… Continue reading Kumitat Eżekuttiv 2019-2021

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet

Classics at the Museum: ġenna ta’ mużika

Il-bieraħ il-banda tagħna eżegwit wieħed mill-aktar kunċert impenjattivi min meta ġiet imwaqqfa. Taħt id-drezzjoni tad-direttur mużikali tagħha Rorderick Buġeja, il-banda tgħat eżekuzzjoni impekkabbli. L-udjenza preżenti kollha kellhom kliem ta tifħir għal mod ta kif dan il-kunċert itellgħa u għal mużika mill-aqwa li indaqqet. Is-sopran Francesca Aquilina, saħħret lill udjenza hekk kif is-sala mill-isbaħ tal Gran… Continue reading Classics at the Museum: ġenna ta’ mużika

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet

Classics at the Museum: l-aħħar preparamenti …

Dalgħodu bdew l-aħħar preparamenti għal programm mużikali "Classics at the Museum" li ser issir fil-Grand Salon Hall tal-mużew tal-Arkeoloġija il-Belt Valletta. Il-kunċert mużikali ser issir għada fis-7:30pm. Ma fadalx aktar biljetti għal dan il-kunċert

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet

Classics at the Museum

Il-Banda Vittorja ser itellgħa program mużikali b'uħud mill-aktar mużika impenjattiva nhar is-Sibt 9ta' Marzu ġewwa il-Mużew tal-Arkeoloġija ġewwa il-Balt Kapitali Valletta. F'dan il-program, kif jixhed ismu, ser jindaqqu siltiet minn diversi kompożituri kbar bħal Ravel, Dvorak, Profokiev u l-mibki Professur Joseph Vella. Flimkien mal-Banda Vittorja, ser tingħaqad is-Sopran żagħżugħa Francesca Aquilina, li studjat ġewwa ir-Royal… Continue reading Classics at the Museum