Attivitajiet, Aħbarijiet

Seduta Ġenerali u Nominazzjonijiet għal-Kumitat 2019-2021

Is-Seduta Ġenerali sejra ssir nhar il-Ħadd 24 ta’ Marzu, 2019 fl-10.00 ta’ filgħodu. Jekk ma jkunx hemm quorum, is-seduta tibda kwarta wara, bil-membri preżenti. AĠENDA Diskors mill-President Qari ta’ Minuti Rapport Amministrattiv u diskussjoni Rapport Finanzjarju u diskussjoni Ħatra tal-Membri tal-Kumitat Mozzjonijiet Għeluq mill-President Nominazzjonijiet għall-karigi għall-Kumitat jibqgħu jiġu milqugħa sa nhar il-Ħadd, 17 ta’… Continue reading Seduta Ġenerali u Nominazzjonijiet għal-Kumitat 2019-2021

Attivitajiet, Aħbarijiet

Inawgurrazzjoni tal wirja Via Pulchritudins

Il-Wirja tant mistenniha Via Pulchritudins ġiet inawgurata l-bieraħ mil-Onorevoli Ministru Owen Bonnici flimkien mal president tas-soċjeta l-Onorevoli Ministru Michael Farrugia. Waqt din l-attivita' ipreżentata mis-Sur Daniel Vella, ammont sabiħ ta viżitaturi, kellhom l-okkażżjoni li jaraw f'altar dettal ix-xogħol artistiku tal-artist Adonai Camilleri Cauchi u l-familjari tiegħu. Nistiednu lill kull min hu dilettant tal-arti u tal-festi Maltin… Continue reading Inawgurrazzjoni tal wirja Via Pulchritudins

Attivitajiet, Aħbarijiet

Żewġ Proġetti Edukattivi jiġu aċċetati

Hekk kif għal bidu tas-sena kien ġie ikonfermat li s-soċjeta' tagħna ser tibenefika fuq żewġ proġetti mill-aġenzija żgħażagħ, lejn il--bidu ta din il-ġimgħa ġie iprpeżentat u iffirmat il-kuntratt għal dawn iż-żewġ proġetti.

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet

Classics at the Museum

Il-Banda Vittorja ser itellgħa program mużikali b'uħud mill-aktar mużika impenjattiva nhar is-Sibt 9ta' Marzu ġewwa il-Mużew tal-Arkeoloġija ġewwa il-Balt Kapitali Valletta. F'dan il-program, kif jixhed ismu, ser jindaqqu siltiet minn diversi kompożituri kbar bħal Ravel, Dvorak, Profokiev u l-mibki Professur Joseph Vella. Flimkien mal-Banda Vittorja, ser tingħaqad is-Sopran żagħżugħa Francesca Aquilina, li studjat ġewwa ir-Royal… Continue reading Classics at the Museum

Attivitajiet, Aħbarijiet

Il-Banda waqt il-Marċ Grandjuż

Bħalissa il-banda tagħna qed tiftaħ is-sena bandistika speċjali tagħha b'servizz speċjali ġewwa Ħal Qormi, hekk kif flimkien mas-Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. qed jakkumpanjaw l-istatwa ta' San Sebastjan Rebbieħ, madwar il-parroċċa Qormija.

Attivitajiet, Aħbarijiet

L-ewwel Ikla għas-sena 2019

Il-kummissjoni Żgħażagħ qed torganizza l-ewwel ikla għal din is-sena hekk speċjali għas soċjetà tagħna. Għażel bejn tiġieġ u majjal għall-donazzjoni ta' €15 u tkun qiegħed tgħajn lis-soċjetà tiġbor il-fondi biex tiċċelebra festa oħra kbira. Bookings mingħand il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ jew billi tibgħat sms fuq 99290987.

Attivitajiet, Aħbarijiet

Għeluq tal-wirja u presentazzjonijiet

Illejla saret l-għeluq tal-wirja tal-presepji ġewwa is-sede tas-soċjetà kif ukoll presentazzjoni taċ-ċertifikati Lill dawk kollha li ħadu sehem f'din il-wirja mill-wisq rispettabbli sindku is-sinjura Anne Marie Muscat Fenech Adami.