Aħbarijiet

Iż-żgħażagħ b’awgurju lis-segretarju l-ġdid

Hekk kif il-bieraħ ġie mħabbar s-segretarju ġenerali l-ġdid tas-soċjetà Daniel Farrugia, iż-żgħażagħ għamlu festin żgħir ta' ringrazzjament għall-ħidma tiegħu fosthom fejn f'dawn l-aħħar snin kien imexxi l-kummissjoni tagħhom b'dedikazzjoni kbira. Dan juri l-għaqda sħiħa li hemm fis-soċjetà tagħna bejn kull qasam u fergħa tagħha. Wara l-ewwel laqgħa tal-kumitat l-ġdid ser jitħabbar il-membru tal-kumitat l-ġdid li… Continue reading Iż-żgħażagħ b’awgurju lis-segretarju l-ġdid

Aħbarijiet

Kumitat żagħżugħ għal soċjetà dinamika

Waqt il-laqgħa Ġenerali Annwali li saret dalgħodu, saru n-nominazzjonijiet għall-Kumitat il-ġdid li ser iservi matul is-snin 2019-2021. F' dan il-Kumitat qed naraw xejn anqas minn tliet uċuħ ġodda li għalkemm sabu posthom għall-ewwel darba fil-Kumitat ilhom snin jagħtu sehemhom fis-socjetà. Apparti min hekk, wara d-deċiżjoni iebsa li ħa s-Segretarju preċedenti, is-Sur Mark Mangani, dik li… Continue reading Kumitat żagħżugħ għal soċjetà dinamika

Aħbarijiet

Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2019

Is-soċjetà tawgura kull suċċess liż-żewġ protagonisti li ser ikunu qegħdin jieħdu sehem fil-konkors tal-lejla. Il-kantanta Kacey Azzopardi ser tkun qed tkanta il-kanzunetta "Jonqsok biss il-kliem" bi kliem ta Rita Pace u mużika ta Augusto Cardinali . L-għalliem tal-flute u teorija Andrea Cassar huwa il-kittieb tad-diska, "Kull Deni Ħudu B'Gid". Is-soċjetà hija kburija bikhom!

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet

Classics at the Museum: ġenna ta’ mużika

Il-bieraħ il-banda tagħna eżegwit wieħed mill-aktar kunċert impenjattivi min meta ġiet imwaqqfa. Taħt id-drezzjoni tad-direttur mużikali tagħha Rorderick Buġeja, il-banda tgħat eżekuzzjoni impekkabbli. L-udjenza preżenti kollha kellhom kliem ta tifħir għal mod ta kif dan il-kunċert itellgħa u għal mużika mill-aqwa li indaqqet. Is-sopran Francesca Aquilina, saħħret lill udjenza hekk kif is-sala mill-isbaħ tal Gran… Continue reading Classics at the Museum: ġenna ta’ mużika

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet

Classics at the Museum: l-aħħar preparamenti …

Dalgħodu bdew l-aħħar preparamenti għal programm mużikali "Classics at the Museum" li ser issir fil-Grand Salon Hall tal-mużew tal-Arkeoloġija il-Belt Valletta. Il-kunċert mużikali ser issir għada fis-7:30pm. Ma fadalx aktar biljetti għal dan il-kunċert

Attivitajiet, Aħbarijiet

Ikla Braġjoli miż-Żgħażagħ

Ikla Braġjoli bħala parti min fundraising għax xogħol kbir li jgħamlu iż-żgħażagħ fis-soċjeta. Nhar is-Sibt 30 ta' Marzu għal Donazzjoni ta €15 Bookings mil membri tal kummissjoni żgħażagħ jew ċemplu lill-Daniel Farrugia fuq 99290987.