Attivitajiet, Aħbarijiet

L-iSkola tal-Mużika ‘George Vella’ tiftaħ s-sena skolastika b’sensiela ta’ kunċerti

Fi tmiem din il-ġimgħa, l-iSkola tal-Mużika 'George Vella' ser tkun qed itella' tlett kunċerti qosra fis-sala ewlenija tal-każin. Dawn il-kunċerti ser ikunu qed iservu bħala pjattaforma fejn l-istudenti tal-mużika tagħna jkunu jistgħu jesponu u juru l-kapaċitajiet u t-talenti mużikali tagħhom quddiem udjenza. Nhar is-Sibt 11 ta' Jannar, ser ikollna żewġ kunċerti. Fl-4.00 p.m. kunċert imtella'… Continue reading L-iSkola tal-Mużika ‘George Vella’ tiftaħ s-sena skolastika b’sensiela ta’ kunċerti

Aħbarijiet

B’Sogħba kbira nħabbru l-mewt ta’ Dun Karm Catania

Is-sena 2019 ser ikollha tispiċċa fuq nota ħażina hekk kif ftit tal-ħin ilu, tħabbret il-mewt tal-Qassis Naxxari u Direttur Spiritwali tas-soċjetà Dun Karm Catania. Il-President l-Onor. Ministru t-Tabib Michael Farrugia, il-membri tal-Kumitat Ċentrali flimkien mal-membri tal-Kummissjonijiet fi ħdan is-soċjetà jgħatu l-kondoljanzi sinċieri lil familja Catania u nwegħduha li qiegħda fit-talb tagħna f’dan il-mument diffiċli. Għatih… Continue reading B’Sogħba kbira nħabbru l-mewt ta’ Dun Karm Catania

Attivitajiet, Aħbarijiet

Milied Malti fin-Naxxar – 2019

Ta' kull sena waqt l-attività organizzata mill-Kunsill Lokali, il-Kummissjoni Żgħażagħ ikunu minn ta' quddiem biex itellgħu stands quddiem is-sede tas-soċjetà, adattati u relatati ma' dawn iż-żminijiet ferrieħa tal-Milied. Filfatt din is-sena, nhar is-Sibt 21 u l-Ħadd 22 ta' Diċembru, waqt l-attività bl-isem ta' Milied Malti fin-Naxxar, iż-żgħażagħ tas-soċjetà ser ikollhom stands b'ħelu 'homemade' tal-Milied u… Continue reading Milied Malti fin-Naxxar – 2019

Attivitajiet, Aħbarijiet

Party tal-Milied għat-Tfal

Għal darb'oħra s-soċjetà tagħna ser tkun qed torganizza il-party għat-tfal f'dawn iż-żminijiet ferrieħa tal-Milied. Dan ser isir nhar il-Ġimgħa 27 ta' Diċembru mill-5.15 'il quddiem, fejn ser ikun hemm diversi logħob, mużika, ikel, 'Magic Show', u diversi rigali sbieħ għat-tfal kollha mingħand Santa Klaws! Għall-donazzjoni ta' €8, il-bookings jistgħu jsiru mingħand Marica Borg fuq 99844302… Continue reading Party tal-Milied għat-Tfal

Attivitajiet, Aħbarijiet

The Nativity – Wirja ta’ Presepji

The Nativity hija wirja ta' presepji, li s-socjetà ser tkun qed ittella' fiż-żminijiet tal-Milied, b'numru ta' presepji ta' kull għamla u xorta esebiti fis-swali tal-każin. Uħud minn dawn il-presepji huma proprju dawk li qed jiġu maħduma fil-kors li għaddej bħalissa, fuq l-'Immudellar ta' Presepju Artistiku', imtella' mill-artist Naxxari Jennings Falzon. Il-ftuħ ta' din l-esebizzjoni ser… Continue reading The Nativity – Wirja ta’ Presepji

Attivitajiet, Aħbarijiet

Tqassim tar-Rigali mal-Kummissjoni Żgħażagħ

Għal darb'oħra fiż-żminijiet tal-Milied, il-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed terġa torganizza t-tqassim tar-rigali minn Father Christmas, fejn dawn jistgħu jkunu mhux biss għat-tfal żgħar iżda anke għaż-żgħażagħ jew għall-maħbub jew maħbuba tiegħek, bl-għan li f'dawn iż-żminijiet ta' ferħ u paċi, inħallu tbissimha u nferrħu lil min hu għal qalbek. Id-dati tal-ġbir tar-rigali mis-sede tas-soċjetà huma:… Continue reading Tqassim tar-Rigali mal-Kummissjoni Żgħażagħ

Attivitajiet, Aħbarijiet

Christmas Buffet Dinner

Attivitá oħra li daħlet fil-kalendarju tas-soċjetà fiż-żminijiet tal-Milied, hija l-Christmas Buffet Dinner, li l-Kumitat jorganizza biex flimkien mal-membri u dawk kollha preżenti, nagħtu l-awgurju lil xulxin filwaqt li nieklu u nieħdu pjaċir bil-preżenza ta' xulxin. Din is-sena, dan il-buffet dinner ser isir ġewwa s-Seashells Resort fil-Qawra, nhar is-Sibt 7 ta' Diċembru, mis-7.30 p.m. 'il quddiem.… Continue reading Christmas Buffet Dinner

Attivitajiet, Aħbarijiet

Vive La France – Talent Żagħżugħ 2019

Għal darb'oħra, il-Kummissjoni Banda flimkien mal-iSkola tal-Mużika 'George Vella' ser ikunu qed itellgħu l-kunċert ferm popolari u mistenni, it-Talent Żagħżugħ, din is-sena bit-tema 'Vive La France'! Sena wara sena, dan il-kunċert dejjem rajnieh jikber kemm fl-aspett mużikali kif ukoll fl-aspett ta' arti u xenarju teatrali. Nistgħu ngħidu li din is-sena wkoll ser ikollna mużika mill-aqwa bil-Banda Żgħażagħ… Continue reading Vive La France – Talent Żagħżugħ 2019

Aħbarijiet

Niftakru fil-Mejtin Tagħna

Illum is-Sibt, 2 ta' Novembru, ningħaqdu biex niftakru fil-membri mejtin tas-soċjetà. Matul ix-xahar ta' Novembru, ser isiru żewġ quddisiet iddedikati għal ruħhom. L-ewwel waħda, nhar is-Sibt, 9 ta' Novembru fis-6.30 p.m. fis-Santwarju Ġesù Ħniena Divina, fejn ser iqaddes il-Kan. Michael Agius, u t-tieni waħda, nhar il-Ħadd 24 ta' Novembru fil-11.00 a.m. fil-Knisja Kolleġġjata ta' Marija… Continue reading Niftakru fil-Mejtin Tagħna

Attivitajiet, Aħbarijiet

Pizza Night b’risq ix-xogħol tad-Dilettanti tan-Nar

Id-Dilettanti tan-Nar tas-soċjetà tagħna ser jorganizzaw Pizza Night fil-Każin Vittorja, nhar il-Ġimgħa 15 ta' Novembru. Għal donazzjoni ta' €13 biss, ser ikun hemm Bruschetta u Focaccia bħala appetizers, pizza flimkien ma' tazza inbid u deżerta fl-aħħar. Pizez ser ikollna: FunghiChicken bil-BaconCapriciosaPepperoniMargherita Wieħed jista’ jirriżerva post u l-għażla tal-Pizza tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed mid-dilettanti… Continue reading Pizza Night b’risq ix-xogħol tad-Dilettanti tan-Nar