Attivitajiet, Aħbarijiet

Yeshua – Ftuħ tal-Wirja u Kunċert ta marċi Funebri

Kunċert ta' marċi funebri nhar il-Ħamis 11 ta' April, ġewwa s-sala tas-Socjeta' li jibda fis-7.30pm taħt id-direzzjoni tas-surmast Mro. Roderick Bugeja, bi preżentazjoni ta' Tonio Vella. Riflessjonijiet marbuta ma' dan iż-żmien mill- Wisq Rev. Arċ. Dun David Gauci. Dan il-kunċert ikun segwit min ftuħ ta' wirja artistika mill-artist Naxxari Jennings Falzon.

Attivitajiet

7 Visti

Għal sen’ oħra l-Kummissjoni Banda ser terġa’ torganiżża il-‘Private’ tas- Seba’  Visti madwar Malta. Bħal ta’ kull sena din l-attività teħodna f’postijiet sbieħ madwar il-Parroċċi ta’ Malta. Din is-sena se inżuru L-Isla, Raħal Ġdid, Ir-Rabat u l-Imdina, Il-Mosta u N-Naxxar. Kull min jixtieq jingħaqad magħna jista’ jagħmel dan billi jkellem lill Omar Tonna: 99172172, Ayrton… Continue reading 7 Visti

Attivitajiet

Ikla Fniek jew Tiġieġ b’risq ix-xogħol tad-dilettanti tan-nar

Nhar il-Ġimgħa, 26 ta' April, ser issir attività b'risq il-ħidma tad-dilettanti tan-nar tal-għaqda tagħna għal festa 2019. Ikla fniek jew tiġieġ kif ukoll appetizers qabel u deżżerta wara l-ikla għal donazzjoni ta' €15. Wieħed jista' jirriżerva il-post u l-għażla tal-ikel tiegħi billi jgħamel kuntatt mad-dilettanti stess

Attivitajiet, Aħbarijiet

Figoli għal-missjoni

Il-kummissjoni żgħażagħ ser ikunu qegħdin jieħdu ordnijiet ta figolli kbar (€7) u żgħar (€4) b'risq l-Għaqda Missjunarja Karibu! Malta. Il-figolla tista' tkun miksija jew biċ-ċikkulata jew bl- icing sugar. Huwa żmien ferm sabiħ biex ngħinu Lill din l-kummissjoni tgħejn lil minn huwa aktar fil-bżonn! Għal ordnijiet ċemplu lill- Stephanie fuq 77020993.

Attivitajiet

Seduta Ġenerali 2019

10.00am: Tibda l-Laqgha Ġenerali bid-Diskors tal-President. 11.15am: Tintemm il-Laqgħa Ġenerali bil-ħatra tal-kumitat il-Ġdid. Il-Membri fil-Kumitat: President: L-Onor. Micheal Farrugia Segretarju: Daniel Farrugia Kaxxier: John Muscat Membri: John Paul Muscat, Anthony Muscat, Ayrton Azzopardi, Bruce Cortis, Kurt Grech, Olvin Attard, Matthew Camilleri, Mark Azzopardi, Daniel Vella, u Silvano Azzopardi Filwaqt li nifirħu lit-tliet membri ġodda, nixtiequ… Continue reading Seduta Ġenerali 2019

Attivitajiet

Ġurnata Għawdex għal Ħadd il-Palm

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qed torganiżża ġurnata għawdex għal Ħadd il-Palm, fejn se inżuru diversi wirjiet, knejjes u il-purċissjoni ġewwa l-Qala. Tluq tal-private minn fejn il-Kunsill Lokali tan-Naxxar fis-7.30am. F'nofsinhar imorru nieklu ġewwa l-Odyssey: L-ewwel platt: Soppa jew Spaghetti Bolognese It-Tieni Platt: Hut jew Tiġieġ jew Majjal Deżerta u Luminata Tista tibukkjaw minn għand xi membru tal-Kummissjoni… Continue reading Ġurnata Għawdex għal Ħadd il-Palm

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet

Classics at the Museum: ġenna ta’ mużika

Il-bieraħ il-banda tagħna eżegwit wieħed mill-aktar kunċert impenjattivi min meta ġiet imwaqqfa. Taħt id-drezzjoni tad-direttur mużikali tagħha Rorderick Buġeja, il-banda tgħat eżekuzzjoni impekkabbli. L-udjenza preżenti kollha kellhom kliem ta tifħir għal mod ta kif dan il-kunċert itellgħa u għal mużika mill-aqwa li indaqqet. Is-sopran Francesca Aquilina, saħħret lill udjenza hekk kif is-sala mill-isbaħ tal Gran… Continue reading Classics at the Museum: ġenna ta’ mużika