Attivitajiet, Aħbarijiet

Pizza Night b’risq ix-xogħol tad-Dilettanti tan-Nar

Id-Dilettanti tan-Nar tas-soċjetà tagħna ser jorganizzaw Pizza Night fil-Każin Vittorja, nhar il-Ġimgħa 15 ta' Novembru. Għal donazzjoni ta' €13 biss, ser ikun hemm Bruschetta u Focaccia bħala appetizers, pizza flimkien ma' tazza inbid u deżerta fl-aħħar. Pizez ser ikollna: FunghiChicken bil-BaconCapriciosaPepperoniMargherita Wieħed jista’ jirriżerva post u l-għażla tal-Pizza tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed mid-dilettanti… Continue reading Pizza Night b’risq ix-xogħol tad-Dilettanti tan-Nar

Attivitajiet, Aħbarijiet

Ġurnata Għawdex mal-Kummissjoni Banda

Il-Kummissjoni Banda qed torganizza ġurnata Għawdex fl-10 ta' Novembru, fejn ser inkunu qed inżuru l-Mużew tal-Ġugarelli u l-Għar ta' Ninu fost oħrajn, u kif ukoll nisimgħu quddiesa fil-Knisja tax-Xagħra. Tluq tal-private minn fejn il-Kunsill Lokali tan-Naxxar fis-7.00am. Għal ħabta ta' nofsinhar, inmorru nieklu ġewwa l-Lantern Restaurant f'Marsalforn. Il-prezzijiet imsemmija jinkludu wkoll it-trasport u l-vapur. Kbar:… Continue reading Ġurnata Għawdex mal-Kummissjoni Banda

Attivitajiet

Ibda l-avventura mużikali tiegħek illum!

L-applikazzjoni għal-studenti ġodda għall-iSkola tal-Mużika tagħna George Vella għadhom kemm pew miftuħa illum u jibqgħu miftuħin sal- 31 ta' Ottubru, 2019. B'9 għalliema speċjalizati fuq strumenti tan-nifs u perkussjoni, l-iskola tagħna hija waħda mill-aktar attrezata u dinamika ġewwa Malta, u dan jixhed ir-riżultati miksuba mill-istudenti tagħha mhux biss fl-eżamijiet imma ukoll fl-eżekuzzjoni mużikali tagħhom. Jekk… Continue reading Ibda l-avventura mużikali tiegħek illum!

Attivitajiet, Aħbarijiet

Ikla Majjal u Tiġieġ mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qed torganizza l-ewwel attività soċjali tagħha b'risq il-festa tas-sena d-dieħla. Nhar il-Ġimgħa 18 t'Ottubru, mit-8.00pm 'il quddiem, ser issir ikla b'għażla ta' majjal jew tiġieġ, ġewwa l-bottegin tal-każin. Apparti l-platt ewlieni, jingħataw ukoll appetizers u deżerta - kollox għal donazzjoni ta' €15. Wieħed jista’ jirriżerva post kif ukoll l-għażla tal-ikel tiegħu, billi jagħmel… Continue reading Ikla Majjal u Tiġieġ mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Attivitajiet, Aħbarijiet

Kors fl-immudellar ta’ presepju artistiku

Wara s-suċċess li nkiseb is-sena l-oħra bil-kors fuq ix-xenografija teatrali, din is-sena ser isir kors fuq għaxar ġimgħat għal addoloxenti bejn 10 u 16-il sena fuq l-immudellar ta' presepju artistiku, mill-artist Naxxari Jennings Falzon. Jennings Falzon huwa rebbieħ ta' diversi premijiet artistiċi fuq livell nazzjonali u dan l-kors ser jgħin biex propju nħeġġu aktar żgħażagħ… Continue reading Kors fl-immudellar ta’ presepju artistiku

Attivitajiet

L-aħħar Servizz tal-Banda barra r-raħal għal dan is-Sajf

Bħalissa l-Banda Vittorja qed tagħti l-aħħar servizz tagħha għal dan is-Sajf, fil-festa ta' Stella Maris ġewwa Ta' Sliema. F'dan is-servizz, il-Banda assistiet il-ħruġ tal-istatwa ta' Stella Maris u ser tkun qed tagħmel marċ kif ukoll programm mużikali, qabel ma tassiesti d-dħul tal-vara f'dan il-post ferm turistiku ġewwa Malta.

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Marċ taż-Żgħażagħ – 4 ta’ Settembru

Għal dawn l-aħħar snin, il-jum tal-Ewwel Tridu sar sinonimu maż-Żgħażagħ Vittorjani. Dan għaliex f'dan il-jum naraw il-frott tax-xogħol li tgħamel il-Kummissjoni Żgħażagħ matul is-sena. L-ewwel ikollna marċ fejn sena wara sena il-briju ta' dan dejjem qed jiżdied, umbagħad wara bl-għajnuna tad-dilettanti tan-nar, isir il-'Victory - PyroMusical Show'. Dakinhar, il-Banda Vittorja tibda l-marċ minn quddiem is-sede… Continue reading Marċ taż-Żgħażagħ – 4 ta’ Settembru

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Kunċert Vokali u Strumentali – 2 ta’ Settembru

Nhar it-Tnejn, 2 ta' Settembru, il-Banda Vittorja taħt id-direzzjoni tas- Surmast Direttur Roderick Bugeja, ser tkun qiegħda ttella' il-wieħed u għoxrin edizzjoni tal-kunċert vokali u strumentali fl-okkażjoni tal-festa titulari u nazzjonali ta' Marija Bambina. Kien proprju nhar id-19 ta’ Settembru tas-sena 1998 li sar l-ewwel programm mużikali minn din il-banda żagħżugħa fl-okkażjoni tal-festa. Dik is-sena… Continue reading Kunċert Vokali u Strumentali – 2 ta’ Settembru

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Festa Tfal – 1 ta’ Settembru

Għar-raba' sena konsekuttiva ser tiġi organizzata l-Festa Tfal - attività li issa daħlet sew fil-kalendarju tas-soċjetà. Tajjeb li ngħidu li s-soċjetà tagħna kienet il-pijuniera biex ħolqot din l-attività hekk sabiħa u popolari mat-tfal fejn sena wara sena dejjem kienet ta' suċċess kbir. Din is-sena, proprju nhar il-Ħadd l-1 ta' Settembru fil-5.30pm, ser isir marċ qasir… Continue reading Festa Tfal – 1 ta’ Settembru

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Xahar qabel il-Marċ ta’ Filgħodu

Illum ninsabu propju xahar qabel il-marċ tradizzjonali ta' filgħodu, marċ li hu tant popolari man-Naxxarin. Is-soċjetà ilha tieħu ħsieb dan il-marċ għal 32 sena sħaħ, iġifieri mill-1987. Peress li l-Każin Vittorja kien għad ma kellux banda, fl-ewwel sentejn kellha tiġi tingħaqad banda apposta. Mit-twaqqif tal-Banda Vittorja fl-1989, dan il-marċ kien u għadu sal-ġurnata tal-lum isir… Continue reading Xahar qabel il-Marċ ta’ Filgħodu