Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2012, Merchandise, Ritratti

Ritratti Festa 2012

Wara s-suċċess kbir li kelna fil-festa 2012, fil-ġranet li ġejjien, fil-każin kif ukoll fuq facebook ser ikun hemm album bir-ritrattai uffiċjali tal-festa 2012, fejn wieħed jista jordna il-kopji tiegħu. Aparti min hekk ser jinbiegħ ukoll momento tal-festa (ritratt hawn taħt). Dan ser ikun għal bejgħ għal prezz ta €2 biss (ritratt tan-nofs jintgħażel mix-xerrej) Aktar… Continue reading Ritratti Festa 2012

Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2012

Ftuħ tal-Intrata Artistika

Ħolma oħra li kienet ilha tberen fl'imħuħ tal-kumitat u partitarji tas-soċjeta ser issir realta' bil-ftuħ tagħha ssir il-Ħadd 2 ta' Settembru wara il- Program Mużikali mil-banda fit-triq tal-każin stess. Ħolma li għal dawn l-aħħar sentejn sar xogħol ta maestrija kbira, li ra ħafna nies jagħtu is-sehem tagħhom biex din titwetaq. Fuq disinn ta Adonai u… Continue reading Ftuħ tal-Intrata Artistika

Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2012

25 Sena Nar tal-art fis-6ta’ Settembru ġon-Naxxar

25 Sena ilu, id-dilettanti tan-nar partitarji tas-socjeta, bdew jaħarqu ħarqa nar tal-art nhar lejlet lejliet il-festa (6 ta' Settembru). Għall-ħafna raġunijiet storiċi, kienet intgħażlet din id-data, li hija għal-qalb kull partitarju Vittorjan. Għal dan l'anniversarju, inħareġ promo, li jdawarna ma uħud mill-aqwa biċċiet ta' nar tal-art li qatt ħarġu dawn id-dilettanti, kif ukoll wieħed x'jista… Continue reading 25 Sena Nar tal-art fis-6ta’ Settembru ġon-Naxxar

Aħbarijiet, Festa 2012

Diska Uffiċjali għall- Festa 2012

Fuq inizjattiva personali ta' Mark Azzopardi (membru tal-kumitat) kif ukoll ta' sieħbu u partitarju tas-soċjeta' Steve Abela ngħeddew l'idea għall din id-diska. Fuq il-mużika ta' Euphoria min Lorreen, rebiħa tal-Eurovision Song Contest 2012, b'adattament tal-kliem ta' Steve, il-kantanta w bandista tal-post Alexia Agius harġu b'din id-diska emozzjonanti. Il-kumitat, wara li semgħa il-prodott finali, ikonferma li… Continue reading Diska Uffiċjali għall- Festa 2012

Attivitajiet, Festa 2012

BBQ Tradizzjonali ta qabel il-festa

Bħal ta' kull sena l-kumitat jorganizza il-BBQ tradizjonali ta qabel il-festa quddiem il-każin. Dan ikun wieħed mistenni u poplari man-Naxxarin. Bħas-snin preċedenti, ikun hemm ikel, divertiment organizzat min Clifford Galea b'mistiedna speċjali li żgur jagħmlu din is-serata waħda speċjali. Fost il-mistiedna speċjali insibu lil Claudia Faniello, Joe Demicoli u l-Majsi Data: Il-Ġimgħa 31t' Awissu Ħin:… Continue reading BBQ Tradizzjonali ta qabel il-festa

Attivitajiet, Festa 2012

Party Tal- Festa Għat-Tfal

Nhar it-Tnejn 3ta' Settembru fil-każin, il-kummissjoni banda ser torganizza Party Tal- Festa għat-tfal taħt it-12-il sena. Din is-sena ser jkun differenti sew min dak ta snin ta qabel, b'aktar attrazzjonijiet ghat-tfal bhal balloon modelling, face painting u oħrajn, kif ukoll ma tonqosx li tieħu sehem il-banda tagħna biex t'allegra lit-tfal b'marċi popolari. Din is-sena ukoll… Continue reading Party Tal- Festa Għat-Tfal