30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Marċ taż-Żgħażagħ – 4 ta’ Settembru

Għal dawn l-aħħar snin, il-jum tal-Ewwel Tridu sar sinonimu maż-Żgħażagħ Vittorjani. Dan għaliex f'dan il-jum naraw il-frott tax-xogħol li tgħamel il-Kummissjoni Żgħażagħ matul is-sena. L-ewwel ikollna marċ fejn sena wara sena il-briju ta' dan dejjem qed jiżdied, umbagħad wara bl-għajnuna tad-dilettanti tan-nar, isir il-'Victory - PyroMusical Show'. Dakinhar, il-Banda Vittorja tibda l-marċ minn quddiem is-sede… Continue reading Marċ taż-Żgħażagħ – 4 ta’ Settembru

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Kunċert Vokali u Strumentali – 2 ta’ Settembru

Nhar it-Tnejn, 2 ta' Settembru, il-Banda Vittorja taħt id-direzzjoni tas- Surmast Direttur Roderick Bugeja, ser tkun qiegħda ttella' il-wieħed u għoxrin edizzjoni tal-kunċert vokali u strumentali fl-okkażjoni tal-festa titulari u nazzjonali ta' Marija Bambina. Kien proprju nhar id-19 ta’ Settembru tas-sena 1998 li sar l-ewwel programm mużikali minn din il-banda żagħżugħa fl-okkażjoni tal-festa. Dik is-sena… Continue reading Kunċert Vokali u Strumentali – 2 ta’ Settembru

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Festa Tfal – 1 ta’ Settembru

Għar-raba' sena konsekuttiva ser tiġi organizzata l-Festa Tfal - attività li issa daħlet sew fil-kalendarju tas-soċjetà. Tajjeb li ngħidu li s-soċjetà tagħna kienet il-pijuniera biex ħolqot din l-attività hekk sabiħa u popolari mat-tfal fejn sena wara sena dejjem kienet ta' suċċess kbir. Din is-sena, proprju nhar il-Ħadd l-1 ta' Settembru fil-5.30pm, ser isir marċ qasir… Continue reading Festa Tfal – 1 ta’ Settembru

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Xahar qabel il-Marċ ta’ Filgħodu

Illum ninsabu propju xahar qabel il-marċ tradizzjonali ta' filgħodu, marċ li hu tant popolari man-Naxxarin. Is-soċjetà ilha tieħu ħsieb dan il-marċ għal 32 sena sħaħ, iġifieri mill-1987. Peress li l-Każin Vittorja kien għad ma kellux banda, fl-ewwel sentejn kellha tiġi tingħaqad banda apposta. Mit-twaqqif tal-Banda Vittorja fl-1989, dan il-marċ kien u għadu sal-ġurnata tal-lum isir… Continue reading Xahar qabel il-Marċ ta’ Filgħodu

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Xahar qabel id-Demostrazzjoni bl-iStatwa ta’ Marija Bambina

Illum ninsabu proprju xahar qabel id-demostrazzjoni li s-soċjetà tgħamel bix-xbieha grazzjuża ta' Marija Bambina - xogħol mill-isbaħ tal-istatwarju Michael Camilleri Cauchi, b'pedestall li huwa replika leali tal-pedestall l-antik tal-istatwa titulari u maħdum u indurat mill-artist Naxxari John Muscat. Dakinhar il-Banda Vittorja tibda ddoqq marċ minn Triq is-Sejjieħ, li jkompli f'Triq Giuseppe Stivala, Leli Falzon, Minfaħ,… Continue reading Xahar qabel id-Demostrazzjoni bl-iStatwa ta’ Marija Bambina

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Xahar qabel il-Marċ il-Kbir!

Il-marċ tas-6 ta' Settembru huwa ferm importanti għall-Banda Vittorja. Dan peress li proprju minħabba dan il-marċ, li l-Banda Vittorja taf il-bidu tagħha. Kien proprju f'dan il-jum madwar 33 sena ilu, li s-soċjetà ħadet deċiżjoni li twaqqaf l-apatija ta' dak iż-żmien u tgħamel dak li ħaddieħor ma baqax jgħamel, dik li tkun soċjetà li tkabbar u… Continue reading Xahar qabel il-Marċ il-Kbir!

30 Sena ta' Mużika - 2018 - 2019, Attivitajiet, Aħbarijiet, Festa 2019

Quddiesa Solenni – 27 t’ Awwissu

Il-Banda Vittorja ser tkun qed tiftaħ l-impenji tagħha għal festa ta' din is-sena, nhar is-27 t' Awwissu. Il-Banda Vittorja taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Roderick Bugeja, ser tkun qed takkumpanja quddiesa solenni f'għeluq it-30 sena mit-twaqqif tal-Banda, immexxija mill-E.T. Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi tan-Naxxar, taħt il-patronċinju tal-President Emeritus Dr. Ugo Mifsud Bonnici.… Continue reading Quddiesa Solenni – 27 t’ Awwissu