F'għeluq l-għoxrin sena mit-twaqqif tal- kummissjoni żgħażagħ, din is-sena ħarġet għal bejgħ żewġ tipi ta' brieret. Kull min irrid jikseb waħda minn dawn il-brieret għandu javiċina wieħed mil-membri ta' din il-Kummissjoni. Dawn il-brieret se jkunu fuq bażi ta' 'First Come First Served'. Kull berritta tista' tiġi merfugħa għal donazzjoni ta €8. Poster: Karl Borg
Category: Merchandise
Avviż: Marchandise tal-Festa
Il-Kummissjoni Żgħażagħ tixtieq tavża li wara domanda popolari reġgħat għanda merchandise għal żmien il-festa. Afarijiet bħal mini number plates, u cds bil-kant (€10) fost oħrajn jistgħu jiġu akkwistati mil-każin mil-lejla.
CD tal-Marċi bil-Kant
Għal darba oħra l-Kummissjoni Żgħażagħ ser tniedhi CD tal-Marċi bil-kant għal-Festa. Tista takkwista dan is-CD min nhar is-Sibt 13 ta' Awwissu mil-bottegin tas-Soċjeta' għal donazzjoni ta 10 Euro. https://www.youtube.com/watch?v=rVA5MqEilcE
Bnadar Kommemorattivi
F'għeluq l-450 sena mir-rebħ tal-Assedju il-kbir, li għandhu rabta kbira mal-Vittorja u in-Naxxar, il-Kummissjoni Żgħażagħ ħarġet sett limitat ħafna ta bnadar kommemorattivi bil-pitturi mill-isbaħ tal-Assedju il-Kbir li tiposedi is-soċjeta. Dawn ser ikunu għal-bejgħ illum mis-19:00 il-quddiem mil-bottegin tas-soċjeta. Infakkru li dawn huwa sett limitat ħafna u ser jinbiegħu fuq bażi ta first come first served.
Kalendarju 2015
Il-kalendarju 2015 issa jista jigi akkwistat kemm mill-bottegin tas-socjeta jew mil-wirja tal-presepji u bambini fl'istess binja tas-socjeta. Kull donazzjoni tkun apprezata.
Inselmulek f’Jum Twelidek
"Inselmulek f'Jum Twelidek" huwa l'album il-ġdid tal-Banda Vittorja f'għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħha. Dan l'album fih xejn inqas min 15 -il innu proċessjonali u innijiet oħra idedikati kollha lil sidtna u padruna tagħna Marija Bambina. Din il-ġabra ta' Innijiet hija għal-qalb ħafna is-soċjeta b'hekk ma setax jonqos li issir dan l'album, b'hekk ħolma oħra setghħet… Continue reading Inselmulek f’Jum Twelidek
Flokkijiet tal- Festa 2014
Flokkijiet tal-Festa 2014 ser ikun u ghal bejgh mis- 6:30 tal-lejla ghal prezz ta 8Euro. In-numru ta flokkijiet huwa limitat, ghaldaqstant inhegghu lil minn jixtieq jixtri wiehed biex jaghmel dan kemm jista jkun malajr.
Mugs Kommemorattivi
Bħala parti mill- memorabilia biex jitfakkru l-festi tal-25 sena mit-twaqqif tal-banda, il-Kummissjoni Banda ser toħroġ sett limitat ta Mugs bl'arma tas-soċjeta' kif ukoll bl'arma tal-25 Sena. Dawn il-mugs ser ikunu għal-bejgħ mill-każin u l-prezz tagħhom huwa ta 10 Euro, fejn il-qligħ tagħhom ser imur għas-soċjeta' tagħna. Għaldaqstant inħeġġu lill-kull partitarju kif ukoll il-kolleturi biex jordnaw… Continue reading Mugs Kommemorattivi
Getsemani – Marċi Funebri 2013
Is-Soċjeta' għada kemm ħarġet l'album il-ġdid tagħha bl'isem ta' Ġetsemani. Ġetsemani huwa ġabra ta' Marċi Funebri ġodda kif ukoll oħrajn li jinstabu fl'arkivju tas-Soċjeta'. Fih insibu xogħolijiet tas-Surmast Direttur Roderick Bugeja kif ukoll tal-għalliem tar-ramm Daniel Vella kif ukoll ta Kompozituri kbar Maltin u Barranin fosthom Giuseppe Stivala , in-Naxxari Joseph Fenech fost oħrajn. … Continue reading Getsemani – Marċi Funebri 2013
Ritratti Festa 2012
Wara s-suċċess kbir li kelna fil-festa 2012, fil-ġranet li ġejjien, fil-każin kif ukoll fuq facebook ser ikun hemm album bir-ritrattai uffiċjali tal-festa 2012, fejn wieħed jista jordna il-kopji tiegħu. Aparti min hekk ser jinbiegħ ukoll momento tal-festa (ritratt hawn taħt). Dan ser ikun għal bejgħ għal prezz ta €2 biss (ritratt tan-nofs jintgħażel mix-xerrej) Aktar… Continue reading Ritratti Festa 2012