Christmas Buffet Dinner

Il-Kumitat Ċentrali din is-sena, ser ikun qed jerġa’ jorganizza l-Christmas Buffet Dinner sabiex flimkien mal-membri u dawk kollha preżenti, nagħtu l-awgurju lil xulxin filwaqt li nieklu u nieħdu pjaċir bil-preżenza ta’ xulxin.

Dan il-buffet dinner ser ikun qed isir ġewwa d-db San Antonio Hotel and Spa, Qawra, nhar it-Tnejn 12 ta’ Diċembru (lejliet Jum ir-Repubblika) mis-7:30 p.m. ‘il quddiem.

Il-prezz huwa ta’ €35 li jkopri all-inclusive buffet fuq għażla vasta ta’ ikel kif ukoll open bar fuq inbid, birra, soft drinks, ilma u juices. Il-prezz għat-tfal bejn 6 u 11-il sena huwa dak ta’ €16, filwaqt li tfal taħt is-6 snin b’xejn.

Wieħed jista’ jirriserva post billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tal-Kumitat jew inkella direttament ma’ Daniel Farrugia fuq 99290987.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top