Għal sena oħra, ser ikun qed jerġa’ jiġi organizzat il-Christmas Buffer Dinner sabiex flimkien nagħtu l-awgurju lil xulxin filwaqt li nieklu u nieħdu pjaċir bil-preżenza ta’ xulxin.
Dan il-buffet dinner ser ikun qed isir ġewwa l-Gueliz Restaurant fil-lukanda db San Antonio Hotel and Spa, Qawra, nhar is-Sibt 9 ta’ Diċembru mis-7:30 p.m. ‘il quddiem.
Il-prezz huwa ta’ €35 li jkopri all-inclusive buffet fuq għażla vasta ta’ ikel kif ukoll open bar fuq inbid, birra, soft drinks, ilma u juices. Dan il-prezz jinkludi wkoll biljett għal-lotterija li ssir dak inhar. Il-prezz għat-tfal bejn 6 u 11-il sena huwa dak ta’ €15, filwaqt li tfal taħt is-6 snin b’xejn.
Wieħed jista’ jirriserva post billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tal-Kumitat jew inkella direttament ma’ Daniel Farrugia fuq 99290987.
