Classics at the Museum: ġenna ta’ mużika

Il-bieraħ il-banda tagħna eżegwit wieħed mill-aktar kunċert impenjattivi min meta ġiet imwaqqfa. Taħt id-drezzjoni tad-direttur mużikali tagħha Rorderick Buġeja, il-banda tgħat eżekuzzjoni impekkabbli. L-udjenza preżenti kollha kellhom kliem ta tifħir għal mod ta kif dan il-kunċert itellgħa u għal mużika mill-aqwa li indaqqet. Is-sopran Francesca Aquilina, saħħret lill udjenza hekk kif is-sala mill-isbaħ tal Gran Salon tpaxxiet bil-leħen mill-isbaħ tagħha. Il-qofol tas-serata kienet propju l-aħħar silta Bolero ta Ravel, fejn b’kontroll kbir il-banda eżegwit dan ix-xogħol b’mod eċċezzjonali. Ta min isemmhi li waqt din is-silta, is-solo tal-Klarinett (Nathalie Cachia Bonavia), Sassafonu Sopran (Christine Dimech) u dak Tenur (Lara Sciberras), tal-kurunetta (Daniel Vella)u l-akbar biċċa xogħol iebsa dik tad drums  (Kristen Borg) indaqqu mill-mużiċisti tal-post. Il-Banda kienet iffurmata min madwar 25 mużiċist tal-post u l-istess amont ta mużiċisti barranin, dan jawgura tajjeb ħafna għal futur mill-isbaħ tal-banda Vittorja.

 

Aktar ritratti  tal-fotografu Andrew Large mil paġna ta facebook.

 

MPC_9535

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top