Fuq inizjattiva personali ta’ Mark Azzopardi (membru tal-kumitat) kif ukoll ta’ sieħbu u partitarju tas-soċjeta’ Steve Abela ngħeddew l’idea għall din id-diska. Fuq il-mużika ta’ Euphoria min Lorreen, rebiħa tal-Eurovision Song Contest 2012, b’adattament tal-kliem ta’ Steve, il-kantanta w bandista tal-post Alexia Agius harġu b’din id-diska emozzjonanti. Il-kumitat, wara li semgħa il-prodott finali, ikonferma li din għandha tkun id-diska uffiċali għall-Festa 2012, u li ġiet Launched il-bieraħ 25 ta’ Awwissu waqt il-pre-party organizzat mil-kummissjoni żgħażagħ.
Fuq talba ta’ Steve u Mark, hawn taħt ser issibu link għal din id-diska format wma li tista’ titniżżel b’xejn.