Festa 2013: Program ta Marċi mill-banda fil-Festa

4 ta’ Settembru, 8.30pm: Il-Banda Vittorja ddoqq marċi brijużi minn Triq Santa Luċija, Fran, Vjal il-21 ta’ Settembru, Triq l-Għenieq, madwar il-Bini tal-Gvern u s-Sgħajtar, 21 ta’ Settembru, l-Ifran, Sta. Luċija u l-Pjazza.

6 ta’ Settembru, 8.30pm: Il-Banda Vittorja ddoqq il-marċ il-kbir tradizzjonali tagħha fost il-briju spettakolari tal-partitarji matul it-Toroq San Ġwann u Sta. Luċija fejn imbagħad jispiċċa fil-Pjazza.

marc

7 ta’ Settembru, 7.30pm: Il-Banda Vittorja ddoqq marċi brijużi matul it-Toroq Ġużeppi Stivala,Sejjieħ, Leli Falzon, San Ġorġ, Kbira u Pjazza Vittorja. Wara dawn, il-banda, akkumpanjata mill-istatwa artistika ta’ Marija Bambina, tkompli ddoqq fit-Toroq Labour, 21 ta’ Settembru, Żenqa u Santa Luċija fejn nispiċċaw quddiem il-każin bl-Ave Maria, kantata mill-brava kantanta naxxarija, Mary Spiteri.

8 ta Settembru, 11.00am: Nhar il-festa filgħodu, il-BandaVittorja tallegra lill-folla li takkumpanjaha matul it-toroq Santa Luċija, Fran, 21 ta’ Settembru, Labour, Ġdida, Salib, Mdina, Kbira u Pjazza. Jispiċċa wara li jitgawda l-aqwa tal-briju mill-partitarji entużjasti tagħna ħdejn il-Każin.

Filgħaxija tindaqq fanfarra kif ukoll xi innijiet marjani mill-gallarija tal-każin mal-wasla tal-Istatwa Titulari quddiem il-Każin.

Il-Banda tkun dejjem taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Mro. Roderick Bugeja F.L.C.M.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top