Festa 2017

Hekk kif il-bieraħ ġiet fit-tmiema il-Festa 2017, Il-President u l-kumitat jixtieq jirringrazzja lill-Kummissjoni Banda, lis-Surmast, l-Assistenta tiegħu, l-Arkivista, il-konsulent u lill-bandisti tal-post dak kollhu li kellu x’jaqsam mal-mużika; lill-Kummissjoni Żgħażagħ u lill-dawk kollhu li b’xi mod jew ieħor t’haw l-għajnuna siewja tagħhom biex dejjem kelna spettaklu waqt il-marċijiet; lill-sħabna tan-nar li għalkemm għaddejin min mumenti ta’ qtigħ ta’ qalb telaw wirijiet mill-aqwa f’kemm dak tal-art kif ukoll f’ta’ l-ajru.

Ma jistax jonqos grazzi lill-Kumitat tal-festa tal-organizzazzjoni kemm f’dak li għandu x’jaqsam bħala festa esterna kif ukoll festa interna, immexxija mil-Arċipriet, Mons. Fr. David Gauci.

Grazzi speċjali tmur lill-Pulizija ta’ Malta, li kienu strumentali fil-loġistika ta’ kif tmexxiet l-festa.

Fl-aħħar u żgur mhux l-inqas lill-partitarji, benefatturi, soċji, tas-soċjetà tagħna li għamlu din l-festa waħda ta’ suċċess kbir.

L-aħħar grazzi u b’qima kbira tmur lill-sidtna Marija Bambina talli żammet Idejha imbierka Tagħha fuqna lkoll tul din il-festa u tul is-sena kollha ta’ħidma għad unur tagħha. Aħna kburin u b’umilta kbira nħaddnu ismek hekk sabiħ.

Viva Marija Bambina

Viva s-soċjetà li jġib ismek!

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top