Għal sena oħra, is-soċjetà tagħna ser tkun qed torganizza l-festa tat-tfal fejn ta’ kull sena din qed tkun mistenna sew miċ-ċkejknin tar-raħal. Nhar il-Ġimgħa, l-1 ta’ Settembru fis-6:30p.m. nibdew b’festa għat-tfal kollha, li tinkludi purċissjoni bl-istatwa ż-żgħira ta’ Marija Bambina u daqq ta’ marċi mill-Banda Vittorja minn ħdejn il-Kappella ta’ San Ġwann fi Triq San Ġwann. Dakinhar it-tfal ikunu jistgħu jieħdu sehem bis-sħieħ fil-marċi, fit-tradizzjonijiet u fil-kultura li ġġib magħha dion il-festa.
Wara ser isir party għat-tfal, fejn ser ikun hemm attivitajiet, ikel u bibiti. Jingħata wkoll flokk tal-festa lit-tfal kollha. Prezz għal party huwa ta’ €10. Bookings minn fuq il-paġna ta’ Facebook jew inkella SMS fuq 79093084.
