Għal sena oħra s-soċjetà tagħna qed torganizza l-festa tat-tfal. Nhar il-Ħamis l-1 ta’ Settembru fis-6:30 p.m., nibdew b’festa għat-tfal kollha, li tinkludi purċissjoni bl-istatwa ż-żgħira ta’ Marija Bambina u daqq ta’ marċi mill-Banda Vittorja minn ħdejn il-Kappella ta’ San Ġwann fi Triq San Ġwann.
Wara ser isir party għat-tfal, fejn ser ikun hemm craft activities, story telling, ikel u bibiti. Jingħata wkoll flokk tal-festa lit-tfal kollha. Prezz għal party huwa ta’ €8. Bookings minn fuq il-paġna ta’ Facebook jew inkella SMS fuq 79093084.

