Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art 2017

Fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu il-membri tan-nartal- għaqda tagħna bdew jarmaw il-biċċiet tan-nar tal-art ippreparati għal festival nazjonali ta’ din is-sena, biex b’hekk għada ser ikunu qed jikompetu għal dan l-unur ma għadd ieħor ta’ kmamar tan-nar minn madwar il-gżejjer Maltin.

Wara li fl-2013 il-membri tagħna rebħu dan l-unur prestiġġjuż, erba’ snin wara ser jerġgħu jitħlu bit-tama li jirrepetu dan is-suċċess f’kompettizzjoni li kul ma tmur, aktar tkun ħarxa.

Għaldaqstant min barra li nitolbu lill-sidtna Marija biex iżomm ħarsitha fuqhom waqt li qedin jagħmlu l-aħħar preparamenti, nixtiqulom kull suċċess f’dan il-festival li ser issir għada is-Sibt 29 ta’ April fuq il-Fosos tal-Furjana.

 

Ritratti: Jurgen Attard

 

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top