Fi Triqtu lejn Dubaj u għal Salalah fl-Oman

Jonathan Brincat li kien il-fotografu uffiċjali tas-soċjeta’ tagħna,  ingħaqad ma’ Foster Clark LifeCycle Challenge 2018 bħala l-fotografu u videographer uffiċjali f’din l-isfida li hi fost l-aktar għaxar sfidi iebsin bir-roti fid-dinja.

 

Hu se jkun ma’ 25 ċiklist u tim ta’ appoġġ li se jivvjaġġaw  lejn Dubaj fit-28 ta’ Settembru u minn hemm jaqdfu 2,000 kilometru lejn Salalah fin-nofsinhar tal-Oman.  Dan hu vjaġġ twil f’temperaturi għoljin immens fejn il-grupp se jgħaddi minn ġol-muntanji kif ukoll mid-deżert.

 

Jonathan bħalissa qed jattendi l-aħħar sena tal-kors ta’ baċellerat fil-creative media production fl-MCAST.  “Bdejt insegwi l-attivitajiet tal-LifeCycle minn tliet xhur ilu ‘l hawn. Qed niġbed ritratti u filmati ta’ Foster Clark LifeCycle Challenge kemm għall-gazzetti u għat-televiżjoni, kif ukoll għall-midja soċjali,” qalilna Jonathan.

 

“Dħalt għal din l-isfida bir-ritratti u l-filmati li niġbed nuri l-impenn taċ-ċiklisti ħalli jinġabru aktar fondi għall-pazjenti li jbatu mill-problemi fil-kliewi.  Dan hu l-għan ewlieni ta’ Alan Curry, il-Fundatur ta’ LifeCycle liema Fondazzjoni twaqfet madwar 20 sena ilu.”

Jonathan Brincat

“Ħadt intervisti ta’ kull parteċipant li bħalissa qed jittellgħu fuq midja soċjali u fuq il-paġna ta’ Facebook tal-LifeCycle.  Apparti minn hekk, hu ta’ sodisfazjoni għalija li qed inkun parti minn din l-isfida biex ngħinu lil ħutna li qed ibatu minn din il-marda,” spjegalna Jonathan.

 

Il-ħidma tal-Fondazzjoni LifeCycle tkopri tliet oqsma: Kuxjenza u għarfien, Trattament u Riċerka, u li taħdem id f’id mal-persunal mediku tat-Taqsima tal-Kliewi fl-Isptar Mater Dei. Permezz ta’ Foster Clark LifeCycle Challenge 2018, il-Fondazzjoni għandha l-għan li tiġbor l-ammont sostanzjali ta’ €150,000 biex b’hekk tkun tista’ ssostni kemm il-proġetti attwali, kif ukoll oħrajn ġodda.

 

Wieħed jista’ jagħti għotja permezz ta’ sms: 5061 7370 = €2.33; 5061 8920 = €6.99;

5061 9229 = €11.65; jew permezz ta’sejħa għal 5160 2020 = €10, 5170 2005 = €15;

u 5180 2006 = €25. Id-dettalji tal-bank huma kodiċi Swift VALLMTMT,

numru IBAN MT 18 VALL 22013000000014814521017, Isem tal-Bank: Bank of Valletta, Numru tal-Kont 14814521017.

 

Għal aktar tagħrif dwar il-Fondazzjoni LifeCycle u Foster Clark LifeCycle Challenge 2018, persuna tista’ żżur: www.lifecyclechallenge.com

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top