Għal sena oħra s-soċjetà ser tkun qed toħroġ sett ta’ flokkijiet kommemorattivi ġodda għall-Festa 2021.
Peress li ser isiru numru limitat ta’ flokkijiet, ħa jkunu qed jinżammu l-orders. Għalhekk kull min jixtieq jordna flokk, jitkellem ma’ Carlos Barbara fuq 79981936 jew inkella jibgħatilna messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook sa mhux aktar tard mill-Ħadd 22 t’ Awwissu.
Il-flokkijiet ser ikunu qed jitqassmu għal donazzjoni ta’ €8 għal membri u €10 għal dawk li mhumiex.
