Ta’ kull sena fi żmien il-festi tal-Għid, il-Kummissjoni Żgħażagħ tieħu ħsieb li tkun ta’ għajnuna għal dawk in-nies l-iktar fil-bżonn. Wara li nġabru ammont t’ordnijiet u bdew jitqassmu l-figolli b’risq l-Għaqda Missjunarja Karibu Malta, issa jmiss li bħal kull sena din il-kummissjoni tgħin lil Puttinu Cares.
Filfatt il-kunċert ta’ marċi funebri tal-lejla ser ikun qed jati bidu għal ġabra b’risq Puttinu Cares. Din il-ġabra ser tibda mil-lejla u tkompli għaddejjha sa’ nhar Ħadd il-Għid. Wara l-festi, l-ammont ta’ flus li jkunu nġabru, jiġu ppreżentati bħala donazzjoni lil Puttinu Cares mill-Kummissjoni Żgħażagħ f’isem is-soċjetà tagħna.
Għal daqstant, iż-żgħażagħ fi ħdan is-soċjetà qed jerġgħu jitolbu l-appoġġ tagħkom biex flimkien f’dan iż-żmien, inkomplu ngħinu lil min hu l-iktar fil-bżonn.
Minn qalbna nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom!
