Il-Kummissjoni Żgħażagħ ħasbet biex f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħha, toħroġ gear kommemorattiv għall-festa ta’ din is-sena.
Dan il-gear ġie iddisinjat minn Feast Shirts Malta, fejn ħareġ id-dettal u l-artistrija tal-vara titulari ta’ Marija Bambina filwaqt li fuq wara nsibu wkoll dettall mill-ftit elementi li jagħmlu l-festa tradizzjonali.
Il-prezz għal kbar huwa ta’ €25 u hemm sizes minn Small sa 6XL. Apparti minn hekk hemm sizes ukoll għat-tfal minn sentejn ‘il fuq, fejn il-prezz huwa ta’ €18.
Dawk il-membri tas-soċjetà li ser ikunu qed jordnaw dan il-gear, ser ikunu entitolati għal skont ta’ 50% fuq il-flokk tal-brijju ta’ din is-sena.
Bookings ser ikunu miftuħa għal ġimgħa waħda biss, iġifieri sal-Ġimgħa 4 t’ Awwissu. Biex tordna l-gear tiegħek, tista tagħmel kuntatt ma’ Sarah Agius fuq 99282476 jew inkella għasal wasla sal-każin bejn nhar il-Ħadd 30 ta’ Lulju u l-Ġimgħa 4 t’ Awwissu, bejn il-5:00p.m. u s-7:00p.m. biex anke tipprova s-size tal-gear tiegħek.
