Il-lejla ingħalqet kompletament il-Festa 2018 hekk wara il-quddiesa saret id-dħul lura fin-niċċa tal-vara għażiża tagħna. Kienu bosta partitarji miż-żewġ għaqdiet mużikali li attendew bi ħġarhom biex flimkien ngħalqu din il-festa kbira.
L-għaqda tagħna ippreżentat diversi bukketti lill-Madonna min kull Kummissjoni,Kumitat kif ukoll mill-bandisti u id-dilettanti tan-nar tagħna.
Kollox issa lest biex nibdew iċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq it-30 sena banda, b’diversi attivitajiet l-ewwel waħda fosthom bil-parteċipazzjoni tal-Banda f’avveniment nazzjonali mill-Fondazzjoni Valletta 2018, il-proġett “Banda on Tour” kif ukoll nhar is-Sibt 24 ta’ Novembru għas-17-il edizzjoni tat “Talent Żagħżugħ”, b’aktar informazzjoni tingħata aktar il-quddiem.