Għoti ta’ Demm

Il-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja jixtiequ javżaw lin-nies tal-lokal li nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju ser ikun hemm il-mobile blood donation unit quddiem il-knisja tal-Familja Mqaddsa s-Sgħajtar mit-8.30 a.m. sas-1.00 p.m. – servizz provdut mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.

Dakinhar, diversi membri tal-Kumitat Ċentrali ser ikunu qed jagħtu d-demm. Għaldaqstant inħeġġukom tingħaqdu magħna, nhar is-16 ta’ Ġunju, għal dan l-att nobbli!

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top