Id-Dilettanti tan-Nar fi ħdan is-soċjetà tagħna jirringrazzjaw mill-qalb, lil kull min ilbieraħ attenda għal-Pasta Night li saret fil-bottegin tal-każin – attività li għal darb’oħra kienet ta’ suċċess. Nixtiequ nuru l-apprezzament tagħna talli attività wara attività, tkomplu tgħinuna bil-preżenza tagħkom.
Sħabna d-dilettanti tan-nar jixtiequ jieħdu din l-opportunità biex juru l-apprezzament tagħhom lejn dawn l-isponsors li mingħajrhom żgur din l-attività ma kinetx tkun possibli:
- Il-President tas-soċjetà, l-Onor. Tabib Michael Farrugia
- It-Tabib Christopher Deguara
- Chikos Pizzeria
- Charles Agius (Barman)
- Mamma Mia
Grazzi mill-ġdid!