Nhar il-Ħadd 23 t’ Ottubru, il-Kummissjoni Banda ser tkun qed torganizza ġurnata ġewwa l-gżira t’ Għawdex. Dakinhar nibdew billi nżuru r-Rabat u wara s-Santwarju ta’ Pinu fejn hemmekk nisimgħu l-quddiesa. L-ikla ta’ nofsinhar ser issir ġewwa Marsalforn, fejn wara nibqgħu sejrin sax-Xlendi. Nitilqu minn Naxxar fis-7:00 a.m. minn ħdejn il-Kunsill Lokali.
L-ikla ta’ nofsinhar tikkonsisti minn:
- L-ewwel platt – għażla ta’ soppa, spaghetti bolognese, lasagna jew ravjul
- It-tieni platt – għażla ta’ laħam, tiġieġ jew ħut
- It-tielet platt – deżerta
Għat-tfal ser ikun hemm chicken nuggets, chicken jew beef burger, jew inkella għaġin.
Il-prezzijiet imsemmieha hawn taħt ma jinkludux il-vapur lejn Għawdex:
- Adulti: €25
- Tfal: €20
Kull min hu mħajjar, inħeġġuh jagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-Kummissjoni Banda jew direttament ma’ Marica Borg fuq 99844302.
