Ħarsa lejn sehem is-soċjetà fis-Sette Giugno – Mitt sena mill-funeral tal-ewwel vittmi

Illum jaħbat proprju mitt sena mill-funeral tal-ewwel tlett vittmi tal-irvellijiet tas-7 ta’ Ġunju 1919, iġifieri dak ta’ Lorenzo Dyer, Giuseppe Bajada u Emmanuele Attard. Carmelo Abela, ir-raba’ vittma f’dawn l-irvellijiet, kien miet ftit jiem wara, proprju fis-16 ta’ Ġunju. Għaldaqstant, illum ser nagħtu ħarsa lejn is-sehem tas-soċjetà fis-Sette Giugno.

Tliet snin biss wara t-twaqqif tagħha, iġifieri fis-sena 1919, is-soċjetà La Vittoria, li llum żviluppat fl-Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, kienet tat s-sehem tagħha lill-moviment nazzjonali għal gvern ġdid. Bil-ħidma tat-tabib Filippo Sciberras kienet twaqqfet l-hekk imsejħa Assemblea Nazionale biex tfassal u tipproponi kostituzzjoni ġdida għal-pajjiżna.

L-għaqdiet ta’ Malta kollha kienu mistiedna. It-tlieta li kienu jeżistu fin-Naxxar kienu aċċettaw l-istedina u ħadu sehem fil-laqgħat li saru. Ir-rappreżentanti Naxxarin kienu l-avukat Giacchino Milanesi għaċ-Circolo Vittoria, in-nutar Emmanuele Debono għaċ-Circolo La Pace u l-avukat Tomaso Fenech għaċ-Circolo La Vittoria.

Ta’ min isemmi li kemm in-nutar Debono kif ukoll l-avukat Fenech kienu preżenti fit-tieni laqgħa li kienet sar il-Belt Valletta fis-7 ta’ Ġunju, 1919 meta seħħet ir-rewwixta tal-Maltin.

X’aktarx din kienet l-ewwel darba fejn is-soċjetà tagħna ħadet sehem uffiċjalmet f’avveniment nazzjonali. Tajjeb li ngħidu li mill-ftit dokumentazzjoni li teżisti, jidher biċ-ċar li l-membri Naxxarin f’din l-Assemblea laqgħu t-talba u għamlu li setgħu biex jagħtu s-sehem tagħhom filwaqt tal-bżonn.

Għal aktar informazzjoni ara:

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top