Hekk kif issa dħalna fix-xahar ta’ Diċembru, għaż-żmien tal-Milied il-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed terġa’ taħmi u tagħmel il-Ħelu tal-Milied Homemade! Iż-żgħażagħ tas-soċjetà ser ikunu qed jieħdu l-ordnijiet għal diversi ħlewwiet tradizzjonali ma’ dawn iż-żminijiet, kif hawn imniżżel hawn taħt:
- Mince Pies (x5) – €3.00
- Cookies (x10) – €3.00
- Coconut Balls (x10) – €2.50
- Christmas Log – €8.00
- Christmas Package (li jinkludi l-affarijiet kollha msemmija hawn fuq) – €15.00
Għall-ordnijiet tistgħu tkellmu direttament lil Jeremy Bellia fuq 79000389, jew inkella lil xi membru ieħor tal-Kummissjoni Żgħażagħ.
