Ikla Majjal u Tiġieġ mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qed torganizza l-ewwel attività soċjali tagħha b’risq il-festa tas-sena d-dieħla. Nhar il-Ġimgħa 18 t’Ottubru, mit-8.00pm ‘il quddiem, ser issir ikla b’għażla ta’ majjal jew tiġieġ, ġewwa l-bottegin tal-każin. Apparti l-platt ewlieni, jingħataw ukoll appetizers u deżerta – kollox għal donazzjoni ta’ €15.

Wieħed jista’ jirriżerva post kif ukoll l-għażla tal-ikel tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed jew waħda mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Inħeġġiġkom tattendu ħalli għal darb’oħra ngħinu liż-żgħażagħ Vittorjani jkompli jkabbru l-festa ad unur Marija Bambina!

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top