Ikla Żiemel jew Tiġieġ mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qed torganizza l-ewwel attività soċjali tagħha għas-sena 2020. Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar, mit-8.00pm ‘il quddiem, ser issir ikla b’għażla ta’ laħam taż-żiemel jew tiġieġ, ġewwa l-bottegin tal-każin. Apparti l-platt ewlieni, jingħataw ukoll appetizers u deżerta – kollox għal donazzjoni ta’ €15.

Wieħed jista’ jirriżerva post kif ukoll l-għażla tal-ikel tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed jew waħda mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Inħeġġiġkom tattendu ħalli tkomplu tgħinu liż-żgħażagħ tas-soċjetà.

Poster – Jake Cachia

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top